Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81524| Title: | Il-lingwa ta' l-ugwaljanza : lejn diskors ġust bejn il-ġeneri |
| Authors: | Pace, Thomas (2007) |
| Keywords: | Maltese language -- Social aspects Sexism in language -- Malta Maltese language -- Sex differences Maltese language -- Grammar Maltese language -- Gender |
| Issue Date: | 2007 |
| Citation: | Pace, T. (2007). Il-lingwa ta' l-ugwaljanza: lejn diskors ġust bejn il-ġeneri (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | Kif se naslu biex noħolqu lingwa inklużiva li tirrapreżenta lil kull menbru fis-soċjeta`, irrispettivament mill-ġeneru tiegħu jew tagħha ? Biex tasal twieġeb din il-mistoqsija, fl-ewwel kapitlu t-teżi se titlaq mill-qagħda soċjoloġika u tistħarreġ kif bdiet din il-kuxjenza favur l-ugwaljanza bl-aspetti storiċi, leġiżlattivi, kulturali u soċjali tagħha. Mingħajr dan l-isfond ma nkunux nistgħu npoġġu kollox f’kuntest, għaliex kollox jinbena maż-żmien u jkun influwenzat mill-fatturi ta’ madwaru. Hu importanti li naraw minn fjen tlaqna, fjen wasalna u x’għad hemm xi jsir. F’dan il-kapitlu nsibu wkoll xi definizzjonijiet importanti li bihom il-qarrejja jaslu biex jibdewe jifhmu aħjar il-kawżi u l-effetti ta’ din il-kuxjenza, kif ukoll diskussjoni qasira fuq il-korrettezza politika lingwistika mqabba ma’ l-ewfemiżmu. It-tieni kapitlu mbagħad jiehu xejra kemxjen aktar soċjolingwistika, kif wara kollox hi n-natura tat-teżi sħiħa, billi jiddiskuti d-distinzjoni li hemm bejn it-termini ‘ġens’ u ‘sess’. Jagħmel ukoll distinzjonijiet utli bejn ‘ġens’ u ‘ġeneru’ billi jirreferi għad-dizzjunarji u joħroġ xi jfissru u għaliex jintużaw dawn il-kelmtejn fil-lingwi. Imbagħad jistħarreġ il-ġeneru bħala kunċett soċjali u l-ġens grammatikali bħala kunċett lingwitiku. Fit-tielet kapitlu tingħata ħarsa lejn kif diversi lingwi fittxew li joħolqu lingwa inklużiva mill-mezzi ‘moħbija’ tal-lingwa tagħhom stess u kultant anke b’termini u frażijiet kemxejn differenti, imma aktar inklużivi, u l-abbandun jew il-kundanna ta’ l-oħrajn. Din is-sitwazzjoni mbagħad titpoġġa f’kuntest Malti għall-każ tal-ligwa Maltija. Il-Malti hawnhekk jitqiegħed fi sfond internazzjonali usa’ billi jitqabbel ma’ sitwazzjonijiet soċjolingwistiċi barranin li diġa’ saru qabel tiegħu u jistagħna mill-esperjenzi tagħhom. Tingħata ħarsa lejn il-qwiel u l-idjomi Maltin relatati mal-ġeneru, lejn in-nomenklatura u t-titli tax-xogħlijiet kif ukoll lejn ir-reklami ta’ l-opportunitajiet tax-xogħol. Se nara kif il-Malti jirrifletti d-differenza soċjali li hemm bjen l-irġiel u n-nisa, kemm fil-lessiku kif ukol fil-grammatiku tiegħu u f’ċerti kuntesti jkun meħtieġ li din id-differenza ssir espliċitament. Il-lingwa tagħna għandha wkoll il-ġens grammatikali, li xi darba jservi tajjeb biex tkun espressa din id-differenza bejn il-ġeneri, imma drabi oħra ma jkunx, u joħloq kumplikazzjonijiet aktar milli ċarezza. Madankollu, kif se naraw fit-tielet kapitlu, il-Malti għandu mezzi differenti li jippermetti lill-kelliema jesprimu ruħhom mingħajr ma jimplikaw xi ġeneru partikolari. Dawn il-mezzi minnhom infushom huma naturali għal-lingwa u diġa’ familjari mal-kellieman nattivi: vantaġġ qawwi biex ikunu integrati fil-kitba u t-taħdit tagħhom. It-teżi mbagħad tagħlaq bl-aħħar kapitlu li jieħu l-forma ta’ glossarju. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81524 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1999-2010 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| B.A.(HONS)MALTESE_Pace_Thomas_2007.pdf Restricted Access | 14.18 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
