Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81538| Title: | Pawlu Mizzi : aġent ewlieni tal-ktieb Malti |
| Authors: | Portelli, Josette (2010) |
| Keywords: | Mizzi, Paul, 1929-2019 Publishers and publishing -- Malta Klabb Kotba Maltin |
| Issue Date: | 2010 |
| Citation: | Portelli, J. (2010). Pawlu Mizzi: aġent ewlieni tal-ktieb Malti (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | L-għan ta’ din id-dissertazzjoni huwa li niddokumenta l-ħidma ta’ Pawlu Mizzi, pubblikatur ewlieni f’Malta. L-ewwel taqsima tittratta l-isfond storiku-letterarju li kien hawn Malta qabel Pawlu Mizzi. Titfa’ dawl fuq is-sitwazzjoni politika u soċjali Maltija, li xejn ma kienet faċli għal poplu maħkum. Kien għalhekk li lingwistikament il-Malti ma kienx meqjus bħala lingwa prestiġjuża li setgħet tirrappreżenta l-pajjiż. Hawn insibu lil Alfons Marija Galea u Ġużè Bonnici li bdw l-ewwel inizjattivi fil-kamp tal-pubblikazzjoni. It-tieni taqsima tiffoka fuq ħajjet Pawlu Mizzi. Tiffoka wkoll fuq ix-xogħlijiet tiegħu ta’ awtur, preżentatur u anke pubblikatur għax dawn iridu jinftiehmu skont il-personalita` mżewqa tiegħu. It-tielet taqsima tittratta l-inizjattivi bikrin tal-Klabb Kotba Maltin, mill-bidu tal-pubblikazzjonijiet ta’ Mizzi għall-bini tal-ewwel dar tal-pubblikazzjoni. Ir-raba’ taqsima tiffoka fuq il-pubblikazzjoni intensa tal-‘Miklem Malti’ ta’ Erin Serracino Inglott. F’din it-taqsima nsibu għadd ta’ dizzjunarji li ġew ippubblikati qabel il-‘Miklem’ waqt li mbagħad tiddeskrivi l-oriġini u l-kontenut tad-dizzjunarju ta’ Serracino Inglott, kif ukoll il-kompożizzjoni u l-finanzjament tiegħu. Il-ħames taqsima tispjega l-proċess ta’ pubblikazzjoni oħra importanti, id-dizzjunarju ta’ Ġużè Aquilina, fejn insibu l-ħidma sħiħa tal-awtur biex jikkomponi dan ix-xogħol kbir bil-għajnuna anke tal-‘Miklem’. Jiena ċerta li isem Pawlu Mizzi se jibqa’ minqux fil-moħħ u l-qalb ta’ min hu verament Malti, li jemmen fil-valur tal-kelma Maltija. Bis-saħħa tal-kontribut li ta bħala l-ewwel pubblikatur f’Malta, il-ħsieb malti jkompli jiġi rikonoxxut anke meta mqiegħed f’konfront mal-prodott barrani. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81538 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1999-2010 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| B.A.(HONS)MALTESE_Portelli_Josette_2010.pdf Restricted Access | 6.1 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
