Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81612
Title: Il-pjanifikazzjoni lingwistika : il-każ tal-Malti fl-isfond internazzjonali
Authors: Vella, Olvin (1997)
Keywords: Maltese language
Language planning -- Malta
Linguistics -- Malta
Issue Date: 1997
Citation: Vella, O. (1997). Il-pjanifikazzjoni lingwistika : il-każ tal-Malti fl-isfond internazzjonali (Bachelor's dissertation).
Abstract: Normalment, l-istudenti Maltin iqisu l-istudju tal-lingwistika bħala xott u monotonu, fost raġunijiet oħrajn, għax ma jitqigħedx biżżejjed f'kuntest soċjali. Barra minn hekk, it-tifsila tas-sillabu b'għan normattiv u l-enfasi esagerata fuq l-ortografija jpingu lill-Malti, sa mill-bidu, bħala waħx li lest jibilgħek ma' l-ewwel. Jiena nemmen li din l-impressjoni tista' tinbidel jekk issir enfasi gdida, u meqjusa, fuq il-qasam tas-socjolingwistika, ghax din ghandha l-vantagg li l-kontenut taghha jilhaq lil kulhadd b'mod immedjat. Kieku t-taghlim taghha jibda mill-primarja, l- istudent ikun jista' japplika t-temi lingwistici li jistudja u jkollu cans jaghraf sa minn kmieni l-kontenut "politiku" u "storiku" tal-lingwa, li idealment iwassal biex tikber ir-responsabbilta fit-thaddim tal-kelma. Sal-lum, in-numru relattivament zghir ta' studenti li jkomplu jistudjaw l-ilsien Malti fl-Universita ghandu l-vantagg uniku li qabel ma jtemm l-istudji, jilhaq jikseb ilrnezzi bi ex jinkwadra l-ilsien f' qafas socjolingwistiku u extra-lingwistiku. Hekk, filwaqt li l-istudent japplika t-taghlim tal-lingwistika storika, tal-lingwistika dijakronika, tas-sintassi u tal-fonologija, huwa jistharreg ukoll l-istorja tal-lingwa, l- imgiba tal-lingwa fis-socjeta u l-imgiba socjali kif riflessa fil-lingwa. Ghaldaqshekk hija tassew hasra li dan il-kwadru "shih" mhmviex offrut fil-livelli kollha ta' taghlim. Minghalija, kien il-hsieb li t-taghlim lingwistilni li hadt napplikah f qafas politiku u kulturali li hajjarni nistharreg il-pjaniflkazzjoni lingwistika. Wiehed jifuern li l- qaghda tal-Malti-ilsien li ghal sekli shah gie mcahhad mill-poziizzjoni tieghu filhajja nazzjonali-tipprezienta kaz interessanti ghal stharrig socjolingwistiku fuq medda storika. Fil-fatt, is-suggett Ii se nittratta hawnhekk huwa marbut mill-qrib ma' l-istorja tal-lingwa, u jidhol fiha. Dil-kitba habtet fi zmien ta' caqliqa interessanti favur il-harsien tal-Malti min-naha tal-politici, haga li ma narawhiex ta' kuljum. Naturalment, l-ideal ikun li jiccaqalqu n-nies ukoll, li f'Malta nzertaw ma jorqdux biss bil-lejl. * Hawnhekk ghandi l-unika okkazijoni nuri l-gratitudni dejjiema tieghi lil kull mm litteralment hadt pjacir nistudja tahtu. Fosthom irrid insemmi lil Manwel Mifsud, li f'dax-xoghol ha wkoll interess kbir u ghenni nibni l-entuzjaimu. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil ommi-li ghamlet weghda ma' l-Ispirtu s-Santu biex jghinni nlesti x-xoghol-lil missieri li baqa' jittama u lil ohti l-kbira, habiba dejjiema.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81612
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1997
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Vella_Olvin_1997.pdf
  Restricted Access
3.14 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.