Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81621
Title: Id-damma ta' Agius de Soldanis : il-pedament tal-lessikografija Maltija
Authors: Carabott, Rosabelle (2009)
Keywords: De Soldanis, Giovanni Pietro Francesco Agius, 1712-1770
Maltese language -- Lexicography
Encyclopedias and dictionaries, Maltese
Issue Date: 2009
Citation: Carabott, R. (2009). Id-damma ta' Agius de Soldanis : il-pedament tal-lessikografija Maltija (Bachelor’s dissertation).
Abstract: L-ahjar mod kif wiehed isir jaf lil De Soldanis huwa minn kitbietu stess. Uhud minnhom gew ippubblikati f'hajtu, ohrajn ma kellux ix-xorti jarahom ghax gew stampati wara mewtu, u ohrajn ghadhom manuskritti sal-lum minkejja l-valur taghhom. Ma' dawn nistghu nzidu wkoll xoghlijiet ohra li sal-lum huma mizmuma b'mitlufin. Dawn ix-xoghlijiet ikomplu jissigillaw lil De Soldanis bhala bniedem ta' statura Ewropea, u li pprova jaghraf u jxandar l-istorja, l-ilsien u dak kollu li jroddilna identita. Wiehed mill-ewwel xoghlijiet manuskritti tieghu jinkludi l-Gozo antico-moderno e sacro-profano, xoghol iddedikat lil Alpheran de Bussan, il-benefattur tieghu. Bejn wiehed u iehor kitbu fl-1746, kwazi seklu wara li Gan Frangisk Abela stampa Della descrittione di Malta. Fid-dahla tal-manuskritt, A leggitori, De Soldanis jghid li Abela u ta' warajh taw prominenza lil Malta izda qajla semmew lil Ghawdex: 'Nel 1647. il Commendatore Abela illustro colla sua dotta penna Malta. \Ma del Gozo si contento' di farne una brieve e succinta descrizione, come anche fecero coloro che dopo lui ne scrissero.../' Minhabba f'dan nistghu nghidu li De Soidanis permezz ta' dan iI-ktieb ghameI ghaI Ghawdex dak Ii Abela ghameI ghaI Malta. L-idea li jdomm l-istorja ta' pajjizu kienet ilha tberren f'mohhu sa mill-1738 meta I-Bali Siniscalco Fra Ferdinando Ernesto de Stadl talab lil De Soldanis jaghti taghrif fuq Ghawdex li Ciantar ma inkludiex. Ghall-kitba ta' dan ix-xoghol kien ukoll stimulat minn Padre Bonaventura Attardi, li fl-1741 gharrfu li kien qed jikteb I-istorja ta' pajjizu, is-San Filippo. De Soldanis soghobbih li hu ma setax jaghmel l-istess ghaI art twelidu minhabba li kellu impenji ekklezjastici. F'dan il-ktieb jittratta suggetti ta' natura differenti fosthom it-toponimi Ghawdxin, it-twaqqif ta' xi knejjes, l- ordnijiet religjuzi li kienu prezenti Ghawdex, il-hakkiema ta' dawn il-gzejjer, il-kacca, uzanzi relatati mal-funerali, u fuq kollox ha hsieb jaghti gieh lil dawk l-Ghawdxin li ghamlu gieh lil gzirithom izda baqghu minsija minn kulhadd. Dan ix-xoghol, anke jekk hu biss ta' interess ghall-antikwarji u hu tajjeb biex jitgezwer il-bzar fih, wiehed ma jistax jichad li permezz tieghu De Soldanis qajjem interess fl-imghoddi, b'mod specjali fil-kontemporanji tieghu Pelagio, Mifsud u Ciantar.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81621
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Carabott_Rosabelle_2009.pdf
  Restricted Access
14.56 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.