Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82457
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2021-10-20T08:39:40Z-
dc.date.available2021-10-20T08:39:40Z-
dc.date.issued1995-
dc.identifier.citationAttard, K. (1995). Giuseppe Cumbo u r-rumanz tal-faxxikli (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82457-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-għan ta' din id-dissertazzjoni hu li jissodisfa xi ftit mill-għatx li hawn għat-tagħrif dwar rumanziera Maltin li ddedikaw ħajjithom għall-kitba popolari. Wieħed minn dawn il-kittieba hu Giuseppe Cumbo, li f'karriera ta' 'l fuq minn erbgħin sena ta lill-pubbliku Malti għadd kbir ta' xogħlijiet li jaqbżu l-ħamsin rumanz. Minkejja li l-biċċa l-kbira ta' dawn ir-rumanzi huma traduzzjonijiet, xi minn daqqiet Cumbo ma naqasx milli jkun oriġinali billi jżid jew inaqqas episodji 'l hemm u 'l hawn li tista' tgħid rebħuh is-simpatija tal-massa. Minbara dan Cumbo kien stampatur u kien joħroġ kemm kotba tiegħu kif ukoll kotba ta' awturi oħrajn li ntefgħu fuq l-istess ġeneru tar-rumanz. L-istamperija tiegħu kienet tipprovdi lill-qarrejja Maltin anki b'xogħlijiet miktuba bil-Malti li kienu ta' livell letterarju għoli, fosthom Ulied in-Nannu Venut fl-Amerka ta' Ġwann Mamo. Cumbo kien ukoll il-proprjetarju ta' ġurnal semi-serju li jġib l-isem Il-Pappagall. Għażilt li nagħti kwadru kemm jista' jkun sħiħ ta' Cumbo kemm bħala bniedem kif ukoll bħala kittieb. Fittixt li nwaħħad kemm jista' jkun il-ħidma tiegħu bħala editur mal-ħidma tiegħu ta' rumanzier. M'hemmx dubju li l-professjoni tiegħu għenitu mhux ftit biex jipprovdi xogħol wara l-ieħor. Minbarra dan, tajt viżjoni kemm jista' jkun wiesgħa ta' kif oriġina u żviluppa r-rumanz popolari, biex imbagħad stajt noħroġ l-influwenzi li ħalla fuq l-istess ġeneru f'Malta. Ma setax jonqos li flimkien ma' Cumbo jitkellem dwar awturi oħrajn Maltin li għexu fi żmienu u li daqsu kienu affaxxinati mid-dinja gotika. Għaddejt imbagħad biex nistħarreġ il-paralleliżmi u d-differenzi li jeżistu bejn ix-xogħlijiet barranin oriġinali u t-traduzzjonijiet ta' Cumbo.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectCumbo, Giuseppe, 19th-20th centuryen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 19th centuryen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 20th centuryen_GB
dc.subjectNovelistsen_GB
dc.subjectMaltese literature -- Historyen_GB
dc.titleGiuseppe Cumbo u r-rumanz tal-faxxiklien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledge. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty for Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorAttard, Kenneth (1995)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Attard_Kenneth_1995.pdf
  Restricted Access
4.69 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.