Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82755
Title: Biblijografija magħżula ta' traduzzjonijiet (1752-1994)
Authors: Azzopardi, Ludvic (1997)
Keywords: Translations -- Bibliography
Maltese literature -- Bibliography
Issue Date: 1997
Citation: Azzopardi, L. (1997). Biblijografija magħżula ta' traduzzjonijiet (1752-1994) (Bachelor's dissertation).
Abstract: F'din id-dissertazzjoni rriċerkajt il-kotba li ġew tradotti f'ilsienna bejn l-1752 u l-1994 u li jinsabu fl-iskedarji tal-Bibjoteka Nazzjonali. Xogħlijiet minn bosta pajjiżi ewropej bħal Franza, Italja, u l-Inghilterra. Barra l-fatt li dawn it-traduzzjonijiet ġew kollha elenkati biex jaqdu funzjoni storika, għamilt ukoll lista ta' tradutturi u ta' l-awturi. Dan sabiex jingħata lok għal studju u analiżi, li jħarsu lejn l-influwenzi letterarji u kulturali fi żmien storiku partikolari f'Malta. Din ir-riċerka għall-kotba li ġew tradotti bil-Malti, ġiet magħmula minn fuq iż-żewġ skedarji ta' l-awturi tal-Bibjoteka Nazzjonali. Preċiżament dak ta' qabel l-1955 u dak ta' wara l-1955. Nenfasizza riċerka għall-kotba għaliex minkejja sibt numru ta' traduzzjonijiet fuq gazzetti li okkażjonalment rajt, kont inkun qiegħed inqarraq bil-metodu ta' riċerka li kieku żidthom, ladarba l-parametri tiegħi kienu l-kotba tal-Bibljoteka Nazzjonali. L-istess ħaġa għal kotba oħra li ma kinux skedati u sibthom waqt li kont qed inqalleb f'katalgi oħra barra tal-Bibjoteka Nazzjonali, eżempju Tislima lil Malta ta' Silvio Papalia Jerace, tradott minn Albert Cassola (Malta 194? : Veritas Press). Ta' min jgħid li t-traduzzjonijiet miġbura ġew elenkati f'ordni kronoloġiku sabiex tingħata l-perspettiva storika tal-proċess u l-ħidma tat-tradutturi. Dwar dan ninnota li l-perjodu li fittixt fih kien jibda mill-1752 sa l-1994. Mill-1752 għar-raġuni li din hija d-data ta' l-ewwel traduzzjoni bil-Malti magħrufa s'issa u sa l-1994 għaliex il-kotba li ħarġu f'dawn l-aħħar snin għadhom mhumiex imniżżla fl-iskedarju tal-Bibjoteka Nazzjonali.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82755
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1997
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Azzopardi_Ludvic_1997.pdf
  Restricted Access
3.92 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.