Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82835| Title: | Il-mara f'uħud min-novelli ta' Immanuel Mifsud |
| Authors: | Bajada, Gaynor (2010) |
| Keywords: | Women in literature Maltese literature -- 20th century |
| Issue Date: | 2010 |
| Citation: | Bajada, G. (2010). Il-mara f'uħud min-novelli ta' Immanuel Mifsud (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | X'inhi l-mara? tistaqsi Simone de Beavoir u għaliex għandna nistaqsu x'inhi l-mara? Ir-raġel qatt jistaqsi x'inhu r-raġel? Tgħid Immanuel Mifsud staqsa lilu nnifu l-mistoqsija, x'inhi l-mara? Xi tfisser il-mara għalih u għaliex jiddeċiedi li jitkellem f'isem il-mara, għaliex jiddeċiedi jiddeskrivi l-mara, għaliex jippreżenta l-mara f'ħafna min-novelli tiegħu? Meta jikteb fuq il-mara jkun qed jiddefenixxiha? U meta n-nisa jaqraw in-novelli li fihom in-nisa stess huma l-protagonisti, kif iħossuhom? F'din it-teżi se niddiskutu xi karattri nisa li jidhru f'uħud min-novelli ta' Immanuel Mifsud. Huma ħafna l-karattri nisa fin-novelli ta' Immanuel Mifsud u dawn jinkludu nisa minn kull aspett tal-ħajja u fi stati emottivi differenti. In-novelli ta' Mifsud juru nisa, b'saħħithom- bħal ngħidu aħna: Rita fi "Il-Gżejjer", Senada fi "Vjolini", Menda f'"Il-Mara ta' Teo De Jong", juri wkoll in-nisa aggressivi- bħall-omm f'"Sonia", in-narattriċi fl-ewwel persuna fin-novella "Demm"; in-nisa jidhru wkoll dgħajfa u vulnerabbli- karatteristika li tispikka f'ħafna min-novelli tiegħu u li tisboq il-karatteristiċi l-oħra. Ngħidu aħna: Anne u Sylvia u Priscilla li fihom tispikka l-aktar id-dgħufija psikoloġika u emozzjonali li jinsabu fiha. Karatteristika oħra li xi waqtiet tidher 'l hawn u 'l hinn fin-novelli hija l-ironija f'dawn il-karattri nisa; fosthom Rubi li b'mod ironiku u l-inqas mistenni minn tfajla ta' sfrattu ssib lilha nnifisha fit-tixrid tal-kelma t'Alla. Iżda għal Immanuel Mifsud dan mhuwiex għal kollox minnu għaliex meta staqsejtu għaliex il-mara hija dgħajfa f'ħafna min-novelli tiegħu, huwa ċaħad dan u saħaq l-iktar fuq il-mara b'saħħitha bħalma hi Sara Sue Sammut. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82835 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1999-2010 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| B.A.(HONS)MALTESE_Bajada_Gaynor_2010.pdf Restricted Access | 3.89 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
