Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82976
Title: Emilio Lombardi : ħajtu u ħidmietu
Authors: Bonnici, Janet (1996)
Keywords: Lombardi, Emilio, 1881-1956
Maltese literature -- 20th century
Maltese literature -- History and criticism
Issue Date: 1996
Citation: Bonnici, J. (1996). Emilio Lombardi : ħajtu u ħidmietu (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-għan ta' din id-dissertazzjoni huwa li nagħti spazju lil awtur li għalkemm kien magħruf fi żmienu ma baqax jissemma hafna llum. Dan l-awtur huwa Emilio Lombardi, li kien kemm rumanzier kif ukoll stampatur. Ta' min jinnota li min għex bejn is-snin 1930 u 1950 jiftakar il-pubblikazzjoniji tal-faxxikli tar-rumanzi tiegħu li mbagħad kienu jiġu llegati f'forma ta' ktieb. Il-ġenerazzjoni żagħżugħa ftit li xejn tafu, għalkemm sibt każijiet fejn iż-żgħażagħ jafuh minħabba l-fatt li għandhom xi rumanzi d-dar tagħhom. Għalkemm ktibt dwar l-awtur u tajt ħarsa lejn ħajtu u x-xogħlijiet tiegħu, l-istudju tiegħi ma waqafx hemm. Jiena komplejt billi analizzajt bir-reqqa xi ftit mir-rumanzi tiegħu. Billi l-kittieb kiteb għadd kbir ta' rumanzi, kien impossibli li nanalizzahom kollha. Għalhekk, illimitajt tuħi għal uħud mill-aħjar rumanzi tiegħu. L-ewwel kapitlu ta' din id-dissertazzjoni jittratta l-ħajja tal-kittieb. Ma naħsibx li bniedem jista' jibda jaqra xogħol ta' ħaddieħor mingħajr ma l-ewwel jaqra dwaru. Dan żgur jgħin biex dak li jkun jifhem aħjar il-fehmiet tal-kittieb. It-tieni kapitlu jiddiskuti l-element patrijottiku, b'rabta mar-rumanzi ta' Lombardi. Għalhekk, jagħti ħarsa kemm lejn l-element mistħajjel kif ukoll lejn ġrajjiet storiċi. Fit-tielet kapitlu analizzajt il-karattri tar-rumanzi patrijottiċi. Fost l-elementi li joħorġu nsibu kif il-barrani huwa dejjem meqjus bħala dak li jagħmel biss il-ħażin, filwaqt li l-Malti huwa dejjem dak li jimxi fit-triq it-tajba. Ir-raba' kapitlu jistudja l-element morali u didattiku fir-rumanzi mhux patrijottiċi. F'dawn ir-rumanzi nosservaw kif il-kittieb iħares lejn id-dinja ta' madwaru u x'messaġġi jrid jagħti lill-qarrejja.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82976
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1996
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Bonnici_Janet_1996.pdf
  Restricted Access
7.54 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.