Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/83043
Title: Elementi realistiċi fin-novelli ta' Lino Spiteri
Authors: Borg, Pauline (2010)
Keywords: Maltese literature -- 20th century
Maltese fiction
Truth in literature
Issue Date: 2010
Citation: Borg, P. (2010). Elementi realistiċi fin-novelli ta' Lino Spiteri (Bachelor's dissertation).
Abstract: F'perjodu meta l-umanita' bdiet tfittex li tosserva b'għajn fittiexa dak kollu li jdawwarha, fil-letteratura, fis-seklu dsatax spikka r-realiżmu bħala moviment distint. B'mod ġenerali dan narawh fl-istorja u fil-letteratura Franċiża u Ingliża. Ir-realiżmu żviluppa permezz ta' ħafna esperimenti fit-teknika narrattiva. Il-ġeneru tan-novella laħaq popularita' b'qawwa kbira fi żmien meta l-klassi ekonomika tan-nofs u l-qawwiet politiċi bdew isiru forzi soċjali dominanti. Ir-realiżmu jsostni li l-individwu jrid jaċċetta li l-oġġetti tad-dinja li jidhru għandhom eżistenza indipendenti. Huwa xjentifiku fis-sens li b'mod artistiku "josserva, janalizza, jiddeskrivi, u jiddokumenta;" il-verita' kif tidher fir-realiżmu ma tistax tiċħadha, u ħafna realisti juru dan fil-karattri tagħhom li jtellgħu fil-wiċċ dak li l-aktar huwa insinifikanti u jagħtuh xejriet sinifikanti f'għajnejn il-qarrej. Il-karattri prodotti tal-kitba realista donnhom huma mwielda mid-determiniżmu. Ħafna deterministi qablu li l-bniedem ma kellux identita' li kienet separata mill-influwenzi li kienu jiġru fuqu, u li l-bniedem għamel għażliet flok oħrajn li setgħu kienu aħjar minnhom, propju għax hu ddeterminat minn fatturi soċjali u ġenetiċi. Il-bniedem kien determinat minn fatturi mhux fi ħdan il-kontroll tiegħu. Kif jirreaġixxi għal dawn il-fatturi l-bniedem, ma jiddependix biss minnu nnifsu, imma jiddependi wkoll miċ-ċirkustanzi tal-ambjent li jgħix fih.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/83043
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Borg_Pauline_2010.pdf
  Restricted Access
3.2 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.