Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/83071
Title: Poeżiji inediti ta' Ludovik Mifsud Tommasi u s-siwi lingwistiku tagħhom
Authors: Borg, Sephora (2010)
Keywords: Mifsud Tommasi, Ludovico, 1796-1879
Maltese poetry -- 19th century
Maltese language -- 19th century
Maltese literature -- 19th century
Issue Date: 2010
Citation: Borg, S. (2010). Poeżiji inediti ta' Ludovik Mifsud Tommasi u s-siwi lingwistiku tagħhom (Bachelor's dissertation).
Abstract: Xi drabi personaġġi li ma jkunux daqshekk magħrufa jiġu minsija għad li jkunu taw kontribut kbir lis-soċjeta'. Dawn il-personaġġi jixraqilhom li jkunu rikonoxxuti għall-ħidma kbira tagħhom u jkun sabiħ meta l-poplu jqum fuq saqajh u japprezza u jxandar il-ħidma tagħhom. Għaldaqstant wieħed mill-għanijiet tiegħi f'dan ix-xogħol, hu li nkompli nagħti tagħrif ieħor dwar il-ħajja ta' Ludovik Mifsud Tommasi (LMT), personaġġ li ħadem bis-sħiħ biex l-ilsien Malti jiġi apprezzat. Apparti minn hekk, xtaqt inkun naf u nitgħallem aktar dwar dan il-bniedem li sa ma qabel bdejt dan l-istudju ftit li xejn kont naf dwaru. Għan ieħor ta' dan ix-xogħol ċkejken hu li nagħti importanza lill-element lingwistiku fil-kitba ta' LMT. Infatti meta t-tutur tiegħi, is-sur Olvin Vella, qalli bil-proposta li nittraskrivi xi xogħlijiet ta' dan il-personaġġ, laqtitni minnufih u dħalt għaliha bi sfida. Dan għamiltu biex il-kitbiet ta' LMT li qatt ma ġew ippubblikati jkunu aktar aċċessibbli għall-pubbliku. Kif jixhed it-titlu ta' dan ix-xogħol, ser nagħti l-aktar importanza lil xi xogħlijiet b'forma poetika li għadhom qatt ma ġew editjati. Għalhekk il-kitba tiegħi hi maqsuma f'erba' taqsimiet ewlenin.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/83071
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Borg_Sephora_2010.pdf
  Restricted Access
12.04 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.