Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/87765
Title: L-ekonomija diġitali, l-edukazzjoni u l-ambjent
Other Titles: Kollox politika
Authors: Thake, Anne Marie
von Brockdorff, Philip
Keywords: Electronic commerce -- Malta
Technology -- Malta
Education -- Malta
Career development -- Malta
Labor supply -- Effect of education on -- Malta
Nature and nurture
Ability
Issue Date: 2021
Publisher: Malta University Publishing
Citation: Thake, A.M., & von Brockdorff, P. (2021). L-ekonomija diġitali, l-edukazzjoni u l-ambjent. In M.T. Vassallo (Ed.), Kollox politika (pp. 165-174). Malta: Malta University Press.
Abstract: Ir-rivoluzzjoni diġitali attwali qiegħda ssarraf il-potenzjal tagħha li tibdel b’mod fundamentali s-soċjetà, l-ekonomija u l-post tax-xogħol. L-ekonomija diġitali tipprovdi benefiċċji fit-tul kemm għat-tkabbir ekonomiku kif ukoll għall-kwalità tal-ħajja b’impatt fuq is-setturi kollha, billi tibdel il-mod kif ngħixu, naħdmu u nikkomunikaw. Il-progress tad-diġitalizzazzjoni, b’mod partikolari fejn jiġu introdotti prodotti u servizzi diġitali ġodda, jista’ jkun mgħaġġel ħafna (bħal fil-każ tal-ismartphones) jew jista’ jkun kajman f’ċerti oqsma, fejn il-pubbliku u s-soċjetà inġenerali ma jaċċettawx it-teknoloġija kif ġieb u laħaq, bħalma huwa l-każ meta jiġu affettwati l-awtonomija, ir-responsabbiltà, is-sigurtà, id-dinjità u l-privatezza tal-bniedem. L-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet diġitali ġodda qiegħed jiġi promoss minn ħafna segwaċi fl-industrija, fil-laboratorji u fl-universitajiet, u mhux biss, kif jaħsbu ħafna nies, minn ġganti tal-Internet bħalma huma Google, Apple, Facebook, Amazon jew Microsoft. It-tranżizzjoni diġitali mhijiex immexxija biss mit-teknoloġija. Il-ħtiġijiet u x-xewqat tan-nies u tas-soċjetà, kif ukoll id-drittijiet tagħhom, għandu jkollhom impatt deċiżiv fuq żvilupp teknoloġiku. Għal tranżizzjoni diġitali ta’ suċċess, l-involviment tan-nies fil-proċessi ta’ tfassil u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet huwa sfida ċara għal kulħadd, u għas-soċjetà ċivili b’mod partikolari. Huwa evidenti kemm il-ħiliet li jimxu paripassu mal-ħtiġijiet tal-industrija huma relevanti għall-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta’ pajjiż żgħir bħal tagħna li ma jgawdix minn riżorsi naturali. Id-dinja tax-xogħol inbidlet mill-qiegħ, tant li l-ħaddiem huwa dispost li jibdel l-impjieg għal darbtejn, tlieta, jekk mhux aktar, tul il-karriera tiegħu. Dan ifisser li jrid ikun ferm iżjed versatili, flessibli u jaddatta ruħu għal ambjenti varji. Din id-dinamika hija lubrikata minn abbiltajiet tekniċi u ħiliet bażiċi li kull ħaddiem għandu bżonn biex ikun jista’ jimxi minn impjieg għal ieħor. Fl-era diġitali ta’ żmienna, iċ-ċaqliq minn settur għall-ieħor sar aktar spedit għax mhux biss isir fuq livell fiżiku, imma wkoll fuq il-pjattaforma virtwali.’
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/87765
ISBN: 9789990944877
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEMAPP

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L_ekonomija_diġitali_l_edukazzjoni_u_l_ambjent.pdf
  Restricted Access
611.88 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.