Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8893
Title: | It-teledramm Malti bħala espressjoni ta' tibdil socjali |
Authors: | Caruana, Roxette |
Keywords: | Television soap operas -- Malta Women -- Malta -- Social conditions Mass media and women -- Malta |
Issue Date: | 2013 |
Abstract: | Dan l-istudju huwa bbażat fuq il-perċezzjoni li l-mara fil-letteratura Maltija, kif ukoll fil-kitba tad-drama televiżiva li hija rifless tar-realtà, hija kontinwament f’kunflitt mal-bqija tas-soċjetà. Minkejja li fix-xogħlijiet magħżula, u anke fil-bqija, il-maġġoranza tal-atturi huma nisa, ix-xogħlijiet infushom huma miktuba u diretti minn irġiel. Minn dan iqumu mistoqsijiet bħala: kemm jibqa’ fidil lejn ir-realtà xogħol televiżiv? U wisq iktar, kemm hi reali u korretta l-figura tal-mara maħluqa mir-raġel? Fl-ewwel kapitlu ser tingħata ħarsa ġenerali lejn l-irwol tal-midja fil-ħajja tan-nies u ssir iktar speċifika għall-irwol tan-nisa fi ħdanha. Wara, dan l-istudju jimxi għad-drama u s-sehem tan-nisa fiha b’importanza ikbar lejn ix-xena televiżiva Matlija. Flaħħar nett, tingħata spejagazzjoni għalfejn intgħażlu x-xogħlijiet partikolari. L-ewwel ħsieb li jiġi fl-imħuħ mal-kelma ‘mara’ hija d-dgħufija tagħha meta kkumparata mas-saħħa fiżika u l-poter tar-raġel li f’ħafna mill-każijiet, anke jekk mhux intenzjonalment, jitfgħuh f’livell superjuri għaliha mingħajr ma din tista’ tiġġieled għad-drittijiet tagħha. Għalhekk, dan ix-xogħol jinqasam f’żewġ partijiet biex jidhru iktar mil-qrib id-differenzi u l-limiti li jitfgħu lill-mara bħala vittma tassoċjetà maskilista u l-ġlieda tagħha biex tidher b’saħħitha. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8893 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2013 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
13BAMAL006.pdf Restricted Access | 931.87 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.