Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90357
Title: Nisa nsara li ħallew il-marka tagħhom fl-ewwel sekli tal-Knisja
Authors: Dimech, Pauline
Keywords: Church history -- Primitive and early church, ca. 30-600
Women in the Bible
Women in the Catholic Church
Issue Date: 2018
Publisher: Pubblikazzjonijiet Dumnikani
Citation: Dimech, P. (2018). Nisa nsara li ħallew il-marka tagħhom fl-ewwel sekli tal-Knisja. Knisja Elfejn, 30(125), 99-110.
Abstract: Fil-Vanġeli nsibu referenza għal numru ta’ nisa li influwenzaw mhux biss lin-nies ta’ żmienhom, imma li għadhom jinfluwenzaw il-Kristjaneżmu sal-lum: is-Samaritana, Marija Madalena, u Marija omm Ġesù huma biss xi eżempji. Ġesù ma kienx jiddejjaq jitkellem man-nisa, bosta segwaċi tiegħu kienu nisa, u l-ministeru tiegħu kien iffinanzjat minn nisa li kienu tat-tajjeb. Skont l-Atti tal-Appostli, in-nisa kienu fost l-iktar dixxiplli entużjasti. Biżżejjed insemmu lil Lidja, l-ewwel mara Ewropea kkonvertita minn Pawlu (Atti 16:11-15). Għandna wkoll lil Prixxilla (Priscilla, imsemmija f’Atti 18), li għallmet lil Apollo, raġel li kkonverta (Atti 18:24-28). F’dan iż-żmien għandna wkoll evidenza ta’ nisa djakni li kienu qegħdin jgħinu lill-komunità. Ma jistax jonqos li dawn in-nisa, u oħrajn bħalhom, ħallew il-marka tagħhom mhux biss fi żmienhom, imma saħansitra llum.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90357
Appears in Collections:Scholarly Works - FacThePTL

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Nisa_nsara_li_ħallew_il-marka_tagħhom_fl-ewwel_sekli_tal-Knisja_2018.pdf267.43 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.