Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91566| Title: | L-arti tan-nar |
| Other Titles: | Kaxxa Infernali : dizzjunarju tal-Logħob tan-Nar |
| Authors: | Spagnol, Michael |
| Keywords: | Pyrotechnists -- Malta Fireworks -- Malta Feasts, Religious -- Malta Manners and customs -- Malta |
| Issue Date: | 2017 |
| Publisher: | MidSea Books |
| Citation: | Spagnol, M. (2017). L-Arti tan-Nar. In C. Grima, (Ed.), Kaxxa Infernali: Dizzjunarju tal-Logħob tan-Nar (pp. vii-viii). Malta: MidSea Books. |
| Abstract: | Bi djalett ġeneralment nifhmu varjeta tal-lingwa marbuta ma' reġjun partikolari. Ngħidu aħna, fil-gżejjer Maltin insibu djaletti bħax-Xlukkajr, iz-Żurrieqi, il-Mosti, il-Mellieħi, is-Sannati, u bosta oħrajn. Minbarra dawn id-djaletti reġjonali, insibu wkoll għadd kbir ta' djaletti soċjali, varjetajiet tal-lingwa assoċjati ma' taqsima tas-soċjeta, ma' grupp ta' nies Ii għandhom l-istess interessi, sengħa, xogħol, passatemp, inkella Ii jużaw il-lingwa f'ċirkustanzi simili. Nistgħu mela nitkellmu fuq il-lingwaġġ legali, sportiv, mediku, mużikali, ġurnalistiku, u l-bqija. Nies midħla ta' oqsma bħal dawn maż-żmien aktarx jiżviluppaw vokabolarju speċjalizzat, binjiet grammatikali partikolari, u karatteristiċi lingwistiċi oħrajn Ii jagħżluhom mill-kumplament. Fosthom hemm il-lingwaġġ pirotekniku, Ii Carlston ħaseb Ii jdommu b'reqqa kbira fid-dizzjunarju Ii għandek f'idejk. Fih ġabra imprezzabbli mhux biss tat-termini Ii jintużaw fin-nar tal-art u n-nar tal-ajru, imma wkoll tal-espressjonijiet Ii jintużaw fil-proċessi involuti fit-tlestija tal-porvli, tal-istilla, u tal-berqa, fost l-oħrajn. Ġabar saħansitra l-ismijiet tal-elementi u s-sustanzi kimiċi Ii l-pirotekniku jħallat flimkien biex joħloq l-effett, il-ħoss u l-kulur mixtieq. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91566 |
| ISBN: | 9789993276067 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtMal |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| L_arti_tan_nar.pdf Restricted Access | 117.62 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
