Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91920
Title: Int minn ta’ min int? ġabra ta’ laqmijiet mill-qrendi
Authors: Cassar, George
Grech, Sergio
Keywords: Qrendi (Malta) -- History
Qrendi (Malta) -- Social life and customs
Names, Personal -- Malta -- Qrendi
Nicknames -- Malta -- Qrendi
Issue Date: 2019
Publisher: Malta: Kunsill Lokali Qrendi
Citation: Cassar, G., & Grech, S. (2019). Int minn ta’ min int? ġabra ta’ laqmijiet mill-qrendi. Malta: Kunsill Lokali Qrendi
Abstract: Il-qarrej żgur japprezza li proġett bħal dan minkejja kollox, għandu l-limiti tiegħu u żgur ma fihx il-laqmijiet kollha talQrendi. Kien hemm ukoll lista ta’ laqmijiet dubjużi u kellhom jitneħħew mil-lista finali. Għalhekk l-awturi jħeġġu lil kull min il-laqam tiegħu jew ta’ xi persuni li jaf jew jiftakar, baqa’ barra, biex jgħarrfuhom dwarhom u hekk f ’każ li jkun hemm edizzjoni oħra fil-futur dawn jiġu inklużi f ’okkażjoni oħra. Hu fatt li laqam jista’ jinbidel. Mhux biss qed ngħidu li l-istess persuna jaf ikollha iktar minn laqam wieħed matul ħajjitha, imma qed niġbdu l-attenzjoni li l-istess laqam jgħaddi minn bidla xi drabi anki radikali. Ikollok, allura, dik li tissejjaħ korruzzjoni tal-kelma, u għaldaqstant sakemm jasal għandna l-laqam ma jkunx preċiż dak oriġinali. Żgur għalhekk li se jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-qarrej jaf laqam mod, u hawn hu mniżżel mod ieħor. Minkejja li ż-żewġ awturi jemmnu fid-djalett, kellhom jużaw il-Malti standard għax inkella kienet se tikber il-kumplikazzjoni ta’ kif il-laqam kien se jinkiteb. L-awturi qagħdu attenti kif se jinterpretaw il-laqmijiet għax faċilment l-affarijiet jistgħu jiġġebbdu u dak li jkun jiżloq finniexef u jispiċċa f ’eżerċizzju ta’ ħolm u spekulazzjoni pura. Nemmnu li l-fatt li ħadd mill-awturi mhu mill-Qrendi tahom ċerta indipendenza u distanza oġġettiva mis-suġġett mistħarreġ. Fejn kien possibbli staqsew biex jikkonfermaw il-laqmijiet imma iktar ma’ tħabbat bibien iktar il-borma titħawwar u mhux kull sors jista’ jitwemmen jew tkun tista’ tintlaqa’ l-interpretazzjoni li joffri. Anki għaliex iktar mal-persuna tikber, il-memorja mhux bilfors tibqa’ daqstant ċara u tibda tiċċajpar. Nittamaw li dawn il-ftit osservazzjonijiet jgħinu biex ilqarrej ipoġġi dan il-ktieb fil-perspettiva tar-realtà li qed jipprova jistudja.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91920
ISBN: 9789995714185
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEMATou

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Int min ta' min int.pdf
  Restricted Access
2.38 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.