Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95113
Title: Terra Micabiba fi żmien l-Ordni ta` San Ġwann : aspetti demografiċi
Other Titles: L-Imqabba mal-Medda taz-Żmien
Authors: Buttigieg, Noel
Keywords: Church records and registers -- Malta -- Mqabba
Mqabba (Malta) -- History
Mqabba (Malta) -- Population -- History
Parish Church of the Assumption (Mqabba, Malta) -- History
Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798
Knights of Malta -- Malta -- History
Order of St John -- Malta -- History
Issue Date: 1998
Publisher: Mqabba Local Council and Parish Church of the Assumption (Mqabba, Malta)
Citation: Buttigieg, N. (1998). Terra Micabiba Fi żmien l-Ordni ta` San Ġwann: Aspetti Demografiċi. In C. Farrugia, (Ed.), L-Imqabba mal-Medda taz-Zmien (pp. 53-60). Mqabba: Mqabba Local Council and Parish Church of the Assumption (Mqabba, Malta).
Abstract: Il-pożizzjoni strateġika ta' Malta f'nofs il-Baħar Mediterran iddettat ħafna mill-istorja ta' dawn il-Gżejjer. Meta Malta ġiet mogħtija mir-Re ta' Spanja bħala fewdu lill-Ordni ta' San Ġwann, il-gżejjer mhux biss servew bħala fortizza kontra l-lmperu Ottoman imma wkoll ġew integrati fl-Ewropa ħafna iżjed minn qatt qabel. Mid-deskrizzjoni ta' Quintinus, sakemm l-istess Kavallieri ġew imkeċċija mill-Franciżi, Malta u Għawdex irriflettew din il-pożizzjoni ġeostrateġika. Fosthom, il-popolazzjoni kibret u magħha dawk l-istrutturi Ii llum jiffurmaw ħafna mill-ibliet u l-irħula tagħna. Dan il-proċess ma kienx omoġeniku għall-gżira kollha. Għall-Kavallieri, l-inħawi ta' madwar ii-Port il-Kbir kienu ta' importanza kbira. Għaldaqstant dawn ġew żviluppati ħafna qabel inhawi oħra. Il-Belt Valletta u l-Kottonera kienu kemm iċ-ċentru tal-kummerċ kif ukoll attrazzjoni għall-poplu Malti u Għawdxi biex jgħammar. Għall-Knisja, is-sitwazzjoni kienet kemmxejn differenti. Qabel is-Seklu Sbatax, id-distinzjoni bejn postijiet urbani u dawk rurali kienet għadha mhux għal kollox ċara. Kienu diversi dawk l-irħula Ii saru parroċċi ħafna qabel dawk il-postijiet Ii setgħu jiġu meqjusa bħala urbani. Fil-parti rurali ta' Malta, irħula bħal Ħal Qormi, iż-Żejtun u Ħaż-Żebbuġ mhux biss kienu diġa parroċċi imma wkoll setgħu jiġu meqjusa bħala rħula mdaqqsa fl-istess żmien. F'dan il-kuntest terra Micabiba kienet raħal zgħir Ii kien jgħodd biss ftit nies. Ftit huma s-sorsi Ii jistgħu jagħtuna tagħrif dwar il-popolazzjoni ta' Malta qabel ma bdew jittieħdu l-ewwel Status Animarum. Għaż-Żminijiet tan-Nofs, il-lista tat-Militia hija l-ewwel dokument li jista' jiġi użat għal skopijiet demografiċi. Fl-1419/20 nsibu Ii kien hemm għoxrin raġel Ii ġejjin mill-Imqabba kapaċi jservu fid-difiża ta' dawn il-gżejjer. Jekk nassumu Ii kull raġel kien kap ta' familja u li familja kienet tkun magħmula minn medja ta' erba' persuni, il-popolazzjoni ta' dan ir-raħal ma kinitx taqbeż il-mitt ruħ.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95113
ISBN: 9990968535
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEMATou

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Terra_Micabiba_fi_żmien_l_Ordni_ta_San_Ġwann.PDF
  Restricted Access
1.89 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.