Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95310
Title: Storja tal-kultura ta'l-ikel f'Malta
Authors: Gambin, Kenneth
Buttigieg, Noel
Keywords: Food -- Malta -- History
Food habits -- Malta -- History
Malta -- Social life and customs -- History
Issue Date: 2003
Publisher: Pubblikazzjonijiet Indipendenza
Citation: Gambin, K., & Buttigieg, N. (2003). Storja tal-kultura ta'l-ikel f'Malta. Malta: Pubblikazzjonijiet Indipendenza.
Abstract: Ironikament, minħabba l-fatt li mingħajru ma nistgħux ngħixu, l-ikel tant huwa bżonn bażiku li ftit li xejn nieqfu sabiex nirriflettu ftit fuqu u kif jiġi għandna. Fis-soċjetà moderna u sinjura li ngħixu fiha llum, l-ikel huwa xi ħaġa ovvja, tant li nippermettu lilna nfusna li nwarrbuh għax ma jogħġobniex u ngħażlu xi ikel ieħor minflok, jew saħansitra li narmu ikel żejjed. Iżda mhux dejjem kien hekk. Tneħħi l-ogħla livelli tas-soċjetà, sa ftit snin ilu l-preokkupazzjoni ewlenija ta' missirijietna kienet kif se jagħmlu sabiex ikollhom ikel biżżejjed għalihom u għal familthom. Il-biża' ta' nuqqas ta' ikel kien reali għall-aħħar. Għal parti l-kbira tal-popolazzjoni għal sekli sħab., l-għażla ma kinitx teżisti. Ħafna kienu jhossuhom ixxurtjati jekk ikollhom żaqqhom mimlija. Il-kwantità kienet ħafna iżjed importanti mill-kwalità. Il-ħajja kienet monotona għall-aħħar, ir-ritmu ddettat mir-reliġjon u miċ-ċiklu ta' l-istaġuni, interrotti biss minn festi okkażjonali jew regolari. F'dan il-ktieb se nippruvaw nifhmu l-importanza bażika ta' l-ikel tul iż-żminijiet, xi jfisser l-ikel għalina u x'kien ifisser għal dawk ta' qabilna, kif inbidlu l-preferenzi u għalfejn. Nagħtu ħarsa wkoll lejn l-introduzzjoni ta' ikel ġdid, ir-reazzjoni għalih u l-impatt aħħari tiegħu, kif ukoll l-influwenzi ta' ħakkiema barranin fuq il-preferenzi lokali, l-ikel popolari aċċessibbli għall-popolazzjoni u ikel esklussiv riservat għal dawk li jifilħu jħallsu għalih. Nanalizzaw ukoll is-simboliżmu soċjali qawwi marbut mal-konsum, nuqqas ta' konsum jew saħansitra rifjut ta' ċertu ikel, ir-rabta intima mar-reliġjon u r-rwol ta' l-ikel fil-formazzjoni ta' identità kemm individwali kif ukoll nazzjonali. Barra minn hekk nistudjaw ukoll dak kollu li għandu x'jaqsam mal-kultura ta' l-ikel, jiġifieri metodi ta' tisjir, manjieri fuq il-mejda u kultura materjali: pożati sabiex jittiekel l-ikel u għoddod oħra li jintużaw fil-kċina matul it-tħejjija tiegħu. Minkejja dawn l-aspetti kollha, din żgur mhix opra kompluta. Għad irid isir ħafna sabiex inkunu nistgħu nqabblu lil pajjiżna ma' l-avvanzi kbar li għamlu fuq dan is-suġġett pajjiżi barranin. Ngħalqu dawn l-erba' kelmiet billi nuru l-apprezzament tagħna u nirringrazzjaw lil Dr Carmel Cassar, li bħala studenti xettel fina l-ħajra li nistudjaw l-istorja kulturali, u li wera fiduċja fina u nkoraġġina sabiex nirriċerkaw l-informazzjoni u niktbu dan il-ktieb. Nirringrazzjaw ukoll lis-Sur Michael J. Schiavone l-editur ta' din is-sensiela u lil Dr Charles Briffa li ċċekkja u edittja t-test. Fl-aħħar iżda żgur mhux l-inqas, nirringrazzjaw minn qalbna lill-membri kollha tal-familji tagħna tal-ħin li suppost għamilna magħhom iżda spiċċajna niddedikawh kompletament f'diskussjonijiet twal u diffiċli sabiex nanalizzaw u ninterpretaw il-fatti u nohorġu b'konklużżjonijiet. Nittamaw li r-riżultat ikun sodisfaċenti.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95310
ISBN: 999324144X
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEMATou

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Storja_tal_kultura_ta_l_ikel_f_Malta.pdf
  Restricted Access
30.33 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.