Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/97984
Title: Il-kliem ta’ nisel Ingliż fil-Malti
Other Titles: Innaqqsu l-inċertezzi 2 : seminar fuq il-kliem ta' nisel Ingliż fil-Malti, it-12 ta' April 2008 : dokument għad-diskussjoni
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Keywords: Maltese language -- Foreign words and phrases -- English
English language -- Influence on Maltese
Maltese language -- Foreign influences
Maltese language -- Orthography and spelling
Maltese language -- Social aspects -- Malta
Matese language -- Variation
Issue Date: 2008
Publisher: Msida : Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti
Citation: Vassallo, M. T. (2008). Il-kliem ta’ nisel Ingliż fil-Malti. Innaqqsu l-inċertezzi 2: seminar fuq il-kliem ta' nisel Ingliż fil-Malti, it-12 ta' April 2008: dokument għad-diskussjoni (pp. 265-271). Msida : Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti.
Abstract: Mill-esperjenza li għandi fl-industrija għal dawn l-aħħar tnax-il sena ngħid bla tlaqliq li l-mod ta' kif għandu jinkiteb il-kliem Ingliż fit-testi bil-Malti jippreżenta l-akbar diffikultà li qegħdin jaffaċċjaw dawk li jiktbu r-reklami, l-istqarrijiet għall-istampa u kull xorta ta' materjal promozzjonali. Ħafna drabi t-termini tan-negozju li jiġġeneraw il-bejgħ u x-xiri fis-suq ma jistriħux fuq il-pilastru tal-Malti semitiku, imma jagħmlu użu minn ħemel kliem barrani, b'mod partikulari l-Ingliż, biex iwasslu messaġġi kummerċjali. Illum ħadd ma jirreklama l-bejgħ ta' xi kenur·, rampil jew satal (sakemm ma jkunx xi antikwarju jew xi wieħed jinnegozja fid-djar antiki), iżda kukers, friġis, televixins, giżers, ħiters, mowbajls, kompjuters, tajers, dvds, bwiez, ċips tal-borża, trakkijiet tal-Ġappun (jew tal-Ġapan) u x'naf jien. L-interessi ta' dawn it-talin imorru lil hinn mill-identità u t-tħaddim dinjituż ta' l-ilsien nazzjonali - il-ħsieb ewlieni tagħhom huwa kif se jħajru lill-qarrejja, lit-telespettaturi u lis-semmiegħa jikkunsmaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom u jħallu lill-bqija tal-prodotti tal-kompetituri fuq l-ixkaffa. F'dan il-kamp, il-lingwa għandha rwol purament funzjonarju, imma lkoll kemm aħna jkollna nammettu li l-Malti fin-negozju, fuq l-internet u fuq il-bilbords qiegħed iħalli impatt fuq il-poplu ferm aktar minn xi rumanz jew poeżija mirquma bl-idjoma 'safja' semitika.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/97984
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEMAPP

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_kliem_ta_nisel_Ingliz_fil_Malti_2008.PDF
  Restricted Access
266.67 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.