Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/99204
Title: It-tfassil, it-twettiq u l-evalwazzjoni tal-politika
Other Titles: Kollox politika? : governanza, reliġjon, ekonomija u amministrazzjoni pubblika
Authors: Mangion, Marie-Louise
Keywords: Malta -- Politics and government
Public administration -- Malta
Political science -- Malta
Religion and politics -- Malta
Economics -- Malta -- Sociological aspects
Issue Date: 2021
Publisher: Malta University Publishing
Citation: Mangion, M. L. (2021). It-tfassil, it-twettiq u l-evalwazzjoni tal-politika. In M. T. Vassallo (Ed.), Kollox politika? : governanza, reliġjon, ekonomija u amministrazzjoni pubblika. Msida: Malta University Publishing.
Abstract: Il-Malti, bħat-Taljan, ma jiddistingwix kif jagħmel l-Ingliż bejn politics u policy. Tal-ewwel, essenzjalment, tfisser l-attivitajiet relatati mat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi gruppi u li għandhom x’jaqsmu mal-mod ta’ kif jitmexxa dak il-grupp u r-riżorsi tiegħu. Għalhekk il-politika tiffoka fuq ir-relazzjonijiet ta’ poter bejn dawn ix-xirkiet u kif xirka taffettwa lill-oħra inkluż, iżda mhux limitat, it-taqtigħa għall-poter bejn il-partiti. Dan kollu, fl-istudju tax-xjenza politika, huwa diskuss fuq livell lokali, nazzjonali jew supranazzjonali. It-tieni, policy, tirreferi għad-direzzjoni li tiggwida d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet ta’ dawn il-gruppi. Meta nitkellmu dwar public policy inkunu qegħdin nirreferu għal dawk id-deċiżjonijiet, azzjonijiet jew nuqqas ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Gvern. Dawn jinvolvi proċessi li jinkludu diversi stadji fit-tfassil, l-approvazzjoni tal-pjanijiet, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrateġiji tal-Gvern. It-termini politics u policy it-tnejn li huma jitfgħu dawl fuq it-tip ta’ governanza li tintuża biex jitmexxa pajjiż. L-ilsien Malti, bħal dak Taljan, juża l-kelma ‘politika’ fiż-żewġ każijiet. Il-plural ta’ politika fil-każ ta’ policy huwa politiki. Biex nirriflettu fuq il-mod ta’ kif il-Gvern jagħmel il-politika tiegħu, tkellimt ma’ Dott. Marie Louise Mangion, akkademiku fid-Dipartiment tal-Politika Pubblika fi ħdan l-Università ta’ Malta. Minbarra karriera attiva fuq il-kampus, Mangion tgawdi minn snin ta’ esperjenza fir-riċerka, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika, partikolarment fis-settur turistiku u ambjentali, kif ukoll fil-qasam tal-affarijiet Ewropej u fondi Ewropej.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/99204
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEMAPP

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
It-tfassil_it-twettiq u l-evalwazzjoni tal-politika.pdf
  Restricted Access
568.15 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.