Leanne Ellul tikteb kotba għat-tfal żgħar, għat-tfal kbar u għall-kbar li għadhom tfal. Fl-2020 ħarġet żewġ kotba għall-istudenti tal-primarja ma' Clare Azzopardi: Tikka Malti 6A u Tikka Malti 6B. Ippubblikat il-ktieb ta' avventura Il-Mostru tal-Bajja tal-Ġnejna u l-ewwel ġabra ta' poeżiji tagħha L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla. Rebħet il-Premju Terramaxka fil-kategorija tal-kotba oriġinali (8-12-il sena) bil-ktieb L-Istorja ta' Seb it-Tieni (u ta' Seb l-Ewwel ukoll) u l-kategorija tat-traduzzjonijiet għall-Malti (8-12-il sena) bil-ktieb L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma li ttraduċietu ma' Clare Azzopardi. Il-ktieb li kitbet ma' Stephanie Bugeja, Noè u l-Iskojjatlu bla Kwiet rebaħ il-kategorija tal-aqwa produzzjoni ta' ktieb fl-istess Premju. Bħalissa qed taħdem fuq diversi proġetti u l-kitba ta' iktar poeżiji.