Nhar il-Ġimgħa 16 ta' Jannar 2026, l-istudenti tal-Malti u studenti oħra ngħataw l-opportunità li jisimgħu u jistaqsu fuq karrieri relatati mal-lingwa Maltija. Illum, it-toroq huma ħafna aktar miftuħa u varjati minn dawk ta' ftit snin ilu u jinkludu l-avukati u n-nutara, il-ġurnalisti, it-tradutturi u l-interpreti, edukaturi u riċerkaturi f'livelli differenti, qarrejja tal-provi u edituri, u kittieba għax-xandir. Il-ħames kelliema għall-edizzjoni ta' din is-sena kienu:
- Chris Cini, avukat
- Glen Falzon, ġurnalist
- Sephora Francalanza, traduttriċi
- Justine Somerville, lettriċi
- Klara Vassallo, għalliema u studenta postgradwatorja
Id-Dipt tal-Malti tal-Kulleġġ jixtieq jirringrazzja lill-kelliema u lis-Sa Christabel Saliba mis-Servizzi tal-Istudenti u li kienet ta' għajnuna kbira ħafna fit-tlugħ ta' din l-attività.
