Din is-sena hemm il-ħsieb li tiġi organizzata Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Kulleġġ. Din ser issir fl-aħħar jiem ta' Marzu.
Studenti u Staff li għandhom xi affarijiet minn dawn imsemmija hawn taħt huma mitluba jikkuntattjaw lis-Sur Owen Caruana (Dipartiment tal-Kimika) owen-karl.caruana@um.edu.mt sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 20 ta' Frar 2026.
- Santi / Statwi / Pitturi / Ritratti relatati mal-Passjoni ta' Kristu
- Slaleb
- Monasteri (Inkwatri bil-ganutell)
- Platti maħduma bl-ismid / melħ jew ross
- jew materjal ieħor li taħsbu li jista' jkun ta' interess li jiġi esebit.
