42 new proofreaders were recently awarded the Certificate of Proofreading in Maltese (MQF 5) from the Department of Maltese at the University of Malta, and the official Maltese proofreading warrant from the National Council for the Maltese Language. The new qualified proofreaders include educators, journalists, translators, communication officers, local councils clerks, and employees from the private sector. In all 772 proofreaders have successfully completed this university course since it started twenty years ago.
This one-year part-time course is organised by the Department of Maltese, within the Faculty of Arts, with the support of the Maltese Language Council. All lessons are carried out online twice a week, on Mondays and Thursdays, and the exams are held in class. If you would like to refine your Maltese writing, you can apply for the next course commencing in February 2026 online by the 30th January at 2pm.
[MT]
|
42 qarrej tal-provi kisbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti (MQF 5) mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università u x-Xhieda ta’ Għarfien, il-warrant uffiċjali, mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Fost il-qarrejja tal-provi l-ġodda hemm edukaturi, ġurnalisti, tradutturi, uffiċjali tal-komunikazzjoni, impjegati mal-kunsilli lokali, u ħaddiema mis-settur privat. B’kollox temmew dan il-kors 772 qarrej tal-provi minn meta fetaħ għoxrin sena ilu. Dan hu kors part-time ta’ sena organizzat mid-Dipartiment tal-Malti, fi ħdan il-Fakultà tal-Arti, bl-appoġġ tal-Kunsill tal-Malti. Il-lezzjonijiet isiru kollha online darbtejn fil-ġimgħa, it-Tnejn u l-Ħamis, u l-eżamijiet isiru fil-klassi. Jekk tixtieq ittejjeb il-kitba tiegħek bil-Malti, tista’ tapplika għall-kors li jmiss li jiftaħ ix-xahar id-dieħel sat-30 ta’ Jannar fis-2pm. |