Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13324
Title: Studju tal-Malti mħaddem fl-eqdem żewġ katekiżmi : it-‘Taġhlim Nisrani’ ta’ Francesco Wzzino (1752) u t-‘Taᶇlim Nysrani’ ta’ Cleardo Naudi (1829)
Authors: Catania, Michela
Keywords: Maltese language -- Lexicology
Catholic Church -- Catechisms -- Maltese -- 18th century
Catholic Church -- Catechisms -- Maltese -- 19th century
Issue Date: 2016
Abstract: L-għan tat-teżi tiegħi hu li nanalizza l-Malti mħaddem fit-traduzzjonijiet ta’ Wzzino u ta’ Naudi. Fl-istadju bikri tar-riċerka tiegħi sibt li saru iktar studji fuq Wzzino milli fuq Naudi, u għalhekk fil-każ ta’ Wzzino pprovajt nagħti kontribut ġdid kemm jista’ jkun. Dan għamiltu, fost l-oħrajn, billi qabbilt il-lessiku tal-katekiżmu ma’ xi prietki tal-epoka, bl-għan li niskopri kemm Wzzino ħaddem il-Malti tal-predikaturi fil-kitba tiegħu. Fl-istudju tiegħi tat-traduzzjoni ta’ Naudi analizzajt xi aspetti lingwistiċi tat-traduzzjoni tiegħu, iżda għażilt ukoll li nqabblu mat-traduzzjonijiet ta’ Vassalli, biex niddetermina kemm kienet qawwija l-influwenza ta’ Vassalli fuqu. Wara li lestejt dan it-tqabbil ħassejt li l-pass naturali li kien imiss kien li nqabbel lil Naudi ma’ Wzzino u mal-predikaturi tal-epoka, biex għal darb’oħra nipprova niddetermina jekk l-istil tal-kitba ta’ Naudi kienx stil magħruf mal- Maltin permezz tal-kleru Kattoliku. Jien u nanalizza t-test ta’ Naudi ltqajt ma’ numru ta’ kliem sabiħ u interessanti, li ħassejt li kelli niġbru biex inżiduh mad-dizzjunarju storiku. Għal din ir-raġuni inkludejt lista ta’ dan il-kliem. It-teżi hi maqsuma f’żewġ kapitli prinċipali. Fl-ewwel kapitlu se nkun qed nanalizza l-ewwel edizzjoni tat-traduzzjoni tat-Taġhlim Nisrani ta’ Wzzino. Fil-bidu tiegħu se nagħti xi tagħrif kemm dwar l-awtur, kif ukoll dwar l-istorja tal-ewwel katekiżmu miktub bil-Malti. Fittaqsima ta’ wara nidħol iktar fil-fond tal-pubblikazzjoni. Għalkemm se nkun qed nistudja l-lingwa mħaddma minn Wzzino, l-iktar element tal-lingwa li se niffoka fuqu hu l-element Rumanz u kemm il-kliem ta’ nisel barrani integra fil-Malti. Fl-aħħar taqsima tal-ewwel kapitlu se nippreżenta l-paragun li għamilt bejn il-katekiżmu ta’ Wzzino u l-prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud. Għażilt dawn il-prietki minħabba li Mifsud kien predikatur prominenti dak iż-żmien u waslilna għadd kbir tal-prietki tiegħu minn żmien Wzzino. It-tieni kapitlu jittratta t-traduzzjoni ta’ Cleardo Naudi tat-Taᶇlim Nysrani. Minħabba li dan kien l-ewwel katekiżmu Protestant li nkiteb bil-Malti ħassejt li kelli nagħti xi tagħrif dwar iċ- Church Missionary Society u x-xogħol li din is-soċjetà għamlet f’Malta. Minbarra dan, se nagħti xi informazzjoni bijografika ta’ Naudi u nikkummenta dwar xi xogħlijiet tiegħu. F’dan il-kapitlu se nistudja l-influwenza ta’ Vassalli fuq il-kitba ta’ Naudi, billi nipprova noħroġ ix-xebh u d-differenzi bejn iż-żewġ awturi. Fit-taqsima ta’ wara se nippreżenta l-kontribut tiegħi għad-dizzjunarju storiku, u dan se jiġi segwit minn analiżi ta’ aspetti lingwistiċi, fosthom elementi morfoloġiċi u fonoloġiċi. L-aħħar taqsima tikkonsisti f’paragun bejn il-lessiku magħżul minn Naudi u l-għażla lessikali tal-katekiżmu ta’ Wzzino u tal-prietki ta’ Mifsud.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13324
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL008.pdf
  Restricted Access
1.58 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.