Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13438
Title: L-ostruwent f’tarf kliem Malti missellef mill-Ingliż
Authors: Sammut, Eman
Keywords: Maltese language -- Phonetics
Maltese language -- Foreign words and phrases
Maltese language -- Orthography and spelling
Issue Date: 2016
Abstract: Fl-ewwel kapitlu ta’ din it-teżina l-fokus ħa jkun fuq ix-xogħol li nkiteb u li ġie studjat marbut ma’ aspetti li ġew trattati f’dan l-istudju. Ser jiffoka fuq studju dijakroniku qasir li jħares lejn id-dokumenti qodma, dokumenti li jistgħu jagħtu informazzjoni dwar it-tniffis tal-ostruwenti f’tarf il-kliem Malti, fuq l-ostruwenti u l-fonazzjoni, fuq il-lingwi f’kuntatt u fuq l-addattament tal-kliem. Fit-tieni kapitlu ser jiġi ppreżentat il-metodu ta’ riċerka li ntuża biex permezz tiegħu jsir stħarriġ fuq l-ostruwenti f’tarf il-kliem mill-Ingliż u kif iġibu ruħhom għal tmien parteċipanti f’erba’ kuntesti differenti. Il-kliem ser ikun mistħarreġ f’kuntest fejn jokkorri mingħajr ħoss warajh, (/___#), kuntest fejn warajh ikun hemm ostruwenti oħra (/___z/) u (/___s/) u kuntest fejn wara l-ostruwent ikun hemm vokali (/___ɔː/). Il-kuntesti tal-ostruwent fit-tarf u tal-ostruwent segwit minn vokali għandhom l-għan li jikxfu l-fonazzjoni tal-ostruwent f’tarf il-kliem. Mill-banda l-oħra, il-kuntesti bl-ostruwenti fin-nofs għandhom l-għan jikxfu tendenzi marbuta mal-assimilazzjoni, fejn l-ostruwenti fejn xulxin jaffettwaw lil xulxin. Ser ikun hemm għadd ta’ kliem Malti li ser jaqdi l-funzjoni ta’ kliem aljenatorju. Fit-tielet kapitlu ser jiġu ppreżentati r-riżultati u l-analiżi f’tabelli u fi grafiċi tat-tlieta u tletin kelma fl-erba’ kuntesti għat-tmien parteċipanti. Fir-raba’ kapitlu dawn ir-riżultati ser ikunu diskussi. Apparti dan, ser jiġu mistħarrġa wkoll il-kliem fiż-żewġ kuntesti importanti (/___#) u (/___ɔː/) b’rabta mal-fonazzjoni li għandhom tendenza li jokkorru biha. Dan il-kliem ser ikun imqabbel ma’ żewġ kelmiet mill-kliem aljenatorju mistħarrġa. F’dan ir-raba’ kapitlu ser ikun hemm ukoll tqabbil ma’ xi kummenti li kienu msemmija fl-ewwel kapitlu u wkoll ma’ karatteristiċi extralingwistiċi u soċjolingwistiċi tal-parteċipanti, informazzjoni miksuba mill-kwestjonarju lingwistiku (ara Appendiċi 7). Fl-għeluq tal-istudju ser jiġu ppreżentanti r-riżultati konklussivi li nħarġu bl-analiżi (Kapitlu 3) u li ġew trattati fid-diskussjoni (Kapitlu 4) bħala rikapitulazzjoni tax-xogħol. Ser ikunu msemmija wkoll xi limitazzjonijiet li kellu dan ix-xogħol, bi sforz biex studju ieħor jevitahom. Finalment, ser ikunu ssuġġeriti oqsma oħra li jistgħu jkunu mistħarrġa għal aktar żvilupp u għarfien f’dan il-qasam lingwistiku.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13438
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL022.pdf
  Restricted Access
22.55 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.