Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/20452
Title: Il-poeti moderni Maltin : tradizzjoni, zvantagg storiku u bidla mill-qiegh
Authors: Friggieri, Oliver
Keywords: Poets, Maltese -- 20th century -- History and criticism
Maltese poetry -- 20th century -- History and criticism
Maltese literature -- 20th century
Issue Date: 1981
Publisher: Upper Secondary School Valletta
Citation: Friggieri, O. (1981). Il-poeti moderni Maltin - tradizzjoni, żvantaġġ storiku u bidla mill-qiegħ. Hyphen, 2(6), 256-262
Abstract: L-istudju serju tal-letteratura aktarx għandu jibda mill-għarfien ta' I-istorja tagħha, jiġifieri ta' l-'evoluzzjoni tagħha skond il-kategorija żmien. Il- prodott ta' llum hu r-riżultlat imġarrab ta' mixja progressiva sħiħa Ii bdiet u ssoktat. (Anki min jemmen f'verżjoni ċiklika ta' l-istorja - ħsieb Ii jixref fil-qawll "l-istorja tirrepeti ruħha" - jista' jqarreb flimkien I-idea ta' mixja progressiva ma' I-idea ta' ritorn imgedded). Il-valuri, il-kriterji, il-forom, iI-lingwaġġi ul-bqija li jsawru l-letteratura jitbiddlu minn żmien għal iehor, għaliex iI- ħajja hi ċaqIiq. Valuri qodma jitwarrbu biex jidħlu oħrajn, l-estetika titbiddel mill-qiegħ ,u l-'ikreh' jista' jsir 'sabiħ', u l-kuntrarju. X'inhu s-sabiħ kategoriku?,Mir-romantiċiżmu 'l hawn, għall-inqas, ilna nemmnu Ii s-sabiħ hu suġġettiv. Imma anki t-tradizzjonijiet Ii nbnew fuq I-idea tas-sabiħ kategoriku, ,oġġettiv, assolut, spiċċaw skond iI-ħila tagħhom biex tbiegħdu minn dan il-kult ta' l-imitazzjoni u għaddew għall-kreativita, e.g. r-Rinaxximent vis-a-vis d-dinja' klassika Griega-Rumana. F'din il-mixjia ta' sekli, I-artist Ii hu wild ħaj ta' żmienu jifhem żewg ħwejjeġ ewlenin: x'sar qablu u x'qiegħed isir fi żmienu. Jonqos it-tielet altemativa: x'se jagżmel hu, u din hi I-isfida persunali. Fi ħdan dan l-għarfien jista' jinserixxi ruħu bħala kontemporanju mingħhajr ma jaqa' fil-perikiu Ii jtenni bil-gost kolIu dak Ii jkunu għamlu qablu. II-kuxjenza ta' din iI-ħtiega ta' tiġdid hi l-qofol tal-moviment modernista Malti tas-snin sittin Ii ssokta jimmatura fis-snin sebgħin. Għall-ewwel darba fil-ġrajja Ietterarja, u forsi kulturali, Maltija daħIet il-maturita ta' dibattitu kollu kemm hu estetiku, imbiegħed mill-identifikazzjoni ħazina ta' kawża lingwistika ma' kawża letterarja.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/20452
Appears in Collections:Hyphen, Volume 2, No. 6 (1981)
Hyphen, Volume 2, No. 6 (1981)
Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il- poeti moderni maltin - tradizzjoni, zvantagg storiku u bidla mill-qiegh.pdf1.32 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.