Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29544
Title: It-taqsim ewlieni tal-kitbiet ta' Vassalli
Authors: Fenech, Edward
Keywords: Vassalli, Mikiel Anton, 1764-1829
Maltese language -- History
Language and languages -- Grammar
Issue Date: 1993
Publisher: University of Malta
Citation: Fenech, E. (1993). It-taqsim ewlieni tal-kitbiet ta' Vassalli. Journal of Maltese Studies, 23-24, 175-193
Abstract: Il-kitbiet ta' Mikiel Anton Vassalli jistgħu jinqasmu taht żewġt irjus: (a) xogħlijiet lingwistiċi u (b) xogħlijiet letterarji. Ix-xogħlijiet lingwistiċi jerġgħu jinqasmu fi tnejn: (i) xogħlijiet dwar il-fonoloġija, il-grafoloġija, il-morfoloġija u s-sintassi, u dawn iħaddnu l-alfabett Malti tal-1790, il-grammatka tal-Malti bil-Latin tal-1791 u lgrammatka tal-Malti bit-Taljan tal-1827; u (ii) xogħlijiet dwar il-Iessiku Malti, u dawn jidhru l-aktar fil-Lexicon tiegħu tal-1796, fl-Appendiċi Etimoloġika u Komparattiva u fżewġ indiċijiet, wieħed mil-Latin u l-ieħor mit-Taljan, b'riferenza għall-kliem Malti li hemm fil-Lexicon u li jinsabu mitlufa, u fil-ktieb tal-motti, aforiżmi u proverbji Maltin tal-1828. Ix-xogħlijiet letterarji jinqasmu wkoll fżewġ partijiet, li huma inegwali ħafna: (i) xogħlijiet ta' traduzzjoni ta' tliet epitaffji millGħarbi għal-Latin fl-1793, l-istorja tas-Sultan Ċiru fl-1831, u l-erba' Vanġeli u lAtti tal-Appostli maqlubin mil-Latin tal-Vulgata u stampati fl-1829 ftit xhur wara li miet Vassalli; (ii) kitba oriġinali li hi t-tahdita magħrufa bit-titlu ta' "Stedina" u li dehret fl-1841 fittra mibgħuta minn George Percy Badger lill-Gvematur Sir H.F. Bouverie fuq kemm il-Malti jista' jgħin it-tagħlim fl-Iskejjel Primarji. Vassalli kiteb ukoll żewġ manifesti propagandistiċi bI-ilsien Taljan bil-ħsieb lijiġbor l-imseħbin għal-Lexicon u l-Appendiċi Etimoloġika.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29544
Appears in Collections:JMS, Volume 23-24
JMS, Volume 23-24



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.