Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29817
Title: L-Għaġin : studju lessikali
Authors: Axiak, Gail
Keywords: Linguistics -- Maltese
Pasta -- Terminology
Maltese language -- Lexicology
Issue Date: 2017
Abstract: L-għan ta’ din it-teżi huwa doppju. L-ewwel għan huwa huwa li niġbor kemm jista’ jkun lessiku marbut ma’ qasam speċifiku, f’dan il-każ, tal-għaġin. It-tieni huwa li nagħmel stħarriġ tal-varjazzjoni lessikali f’dan il-qasam. Fi kliem ieħor, nanalizza kif ir-reġistru tal-għaġin ivarja minn lokalità għal oħra tal-gżejjer Maltin. Ilħaqt dawn l-għanijiet billi qabelxejn bdejt indomm glossarju bit-termini li ġbarthom minn diversi sorsi bħal dizzjunarji, artikli, kotba tar-riċetti, intervisti ma’ nies li kienu jaħdmu f’fabbrika tal-għaġin, ewlieni fosthom is-Sur Ġorġ Portelli u ibnu Charlie Portelli li kellhom fabbrika tal-għaġin bl-isem ta’ St.George’s Paste Factory f’Ħal Qormi. Dawn kienu jipproduċu diversi tipi ta’ għaġin b’makkinarju li llum il-ġurnata m’għadux jintuża frott l-iżvilupp tat-teknoloġija. Barra minn dawn, kien hemm ħafna termini oħra li ġbarthom mill-intervisti li għamilt ma’ sittin persuna waqt l-istudju soċjolingwistiku. Wieħed mill-għanijiet ta’ din it-teżi hu li jinġabar ir-reġistru marbut mal-qasam lessikali tal-għaġin. Kien għalhekk li l-kliem miġbur ġie mdommi fi glossarju li jinkludi fih madwar 124 terminu u huwa maqsum fi tlieta. Dawn it-tliet oqsma jinkludu tipi ta’ għaġin, kliem ieħor li huwa assoċjat ma’ dan il-qasam u xi makkinarju li jintuża biex jiġi magħmul l-għaġin. Għal kull terminu nagħti d-definizzjoni mid-dizzjunarji ta’ Ġużè Aquilina u ta’ Erin Serracino-Inglott meta dan ikun assoċjat mal-qasam tal-għaġin, mill-kotba tar-riċetti ta’ Anton B.Dougall u Karmen Tedesco kif ukoll minn xi artikli.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29817
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL002.pdf
  Restricted Access
5.97 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.