Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/35533| Title: | Il-poeżija tas-sittinijiet |
| Authors: | Sammut, Saviour |
| Keywords: | Authors, Maltese -- 20th century Maltese literature -- 20th century Poets, Maltese -- 20th century |
| Issue Date: | 1991 |
| Publisher: | Għaqda tal-Malti (Universita’) |
| Citation: | Sammut, S. (1991). Il-poeżija tas-sittinijiet. Leħen il-Malti, 27, 30-36. |
| Abstract: | ll-poeżija li bdiet tinkiteb fis-Sittinijiet ġiet sewwasew wara l-iżvilupp politiku bilkisba ta', l-Indipendenza għal Malta. Il-poeżija Romantika li teżalta nNazzjonaliżmu Patrijottiku, għalhekk, kien għadda żmienha. ll-Poeta ta' Malta "ġdida" beda jħares madwaru bħala ċittadin tad-dinja. Post innazzjonaliżmu beda jieħdu l-kożmopolitiżmu. Il-viżjoni kożmika tat ħarsa lejn ilqagħda umana fiċ-ċentru ta' taqlib kbir kemm f'dawk li huma awenimenti u strutturi soċjali lokali u internazzjonali kif ukoll l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku li rrendew il-ħajja iżjed mgħaġġla. Diżillużi minn dak kollu, il-poeti bdew jagħtu ħarsa ġewwiena fil-Iabrinti ta' ruħ imqallba u dan ġie rifless fil-forma u fil-kontenut tal-poeżija li bdiet tinkiteb. Dawn il-poeti jirrappreżentaw xi ftit jew wisq il-ġenerazzjoni ta' matul u wara l-Gwerra, imħassba u mdejqa b'soċjeta li kulma jmur aktar qiegħda ssir aljenata. Il-poeżija tas-Snin Sittin, għalhekk, se nsibu li hi aktarx iżjed storbjuża, polemikuża, u provokanti. Fiha hemm ansjeta għal tiġdid u tibdil millimpożizzjonijiet ta' l-Ordni Soċjali qadima. Din l-''Angst'' ta' kuxjenza kollettiva tirrifletti għalhekk id-delużjoni ta' min stenna ħaġa u sab oħra. Dan kollu hu ppreżentat fil-kitba ta' xeħta moderna li bdiet tinkiteb. B'kitba moderna, il-kritiċi kienu jifhmu orjentament ġdid mil-linji li mxew fuqhom il-predeċessuri. ll-poeżija Moderna qatgħet l-irbit li kellha l-Poeżija tradizzjonalista mal-kitba ta' versi b'regoli u b'qisien metriċi fissi u pre stabbiliti. Il-kitba ta' Baudelaire u Mallarme tat forma ġdida liII-Poeżija. Il-"verse Iibre", il-"projective verse", il-"concrete poetry", ilkoll għamlu aċċenn akbar fuq l-aspett tipografiku u fuq il-forma li jieħu l-kontenut. Il-Moderniżmu kellu effett ukoll fuq prosodija, sintassi u metafora, fost l-oħrajn. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/35533 |
| Appears in Collections: | Leħen il-Malti (1991) - Għadd 27 Leħen il-Malti (1991) - Għadd 27 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il-poezija tas-sittinijiet.pdf | 388.31 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
