Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37080| Title: | Il-qabża poetika kunfidenti ta' Henry Holland : pinzellati ta’ natura kritika dwar l-artist tat-trapiż |
| Authors: | Borg, Olivia |
| Keywords: | Holland, Henry, 1957- . Artist tat-Trapiż -- Criticism and interpretation Maltese literature -- Periodicals Authors, Maltese -- 21st century Poets -- 21st century |
| Issue Date: | 2014 |
| Publisher: | Għaqda tal-Malti (Universita’) |
| Citation: | Borg, O. (2014). Il-qabża poetika kunfidenti ta' Henry Holland : pinzellati ta’ natura kritika dwar l-artist tat-trapiż. Leħen il-Malti, 33, 119-129. |
| Abstract: | Henry Holland (t.1957) huwa wieħed mill-aktar awturi vibranti u inċiżivi li għandna. Il-ġabra ta’ poeżiji L-Artist tat-Trapiż, ippubblikata fl-1996, tipproponi stil ġdid ta’ kitba, tant li f’xi waqtiet donnha li l-lingwa informali tal-bar sabet ruħha fil-poeżija biex iġġeddidha. Adrian Grima jsostni li “Ix-xogħol li jimmarka l-bidu tal-mewġa l-ġdida fil-letteratura Maltija hija l-ġabra żgħira ta’ poeżiji ta’ Henry Holland, aktarx mhux daqshekk magħrufa, L-Artist tat-Trapiż” (Grima, Maltese Literature – The New Writing). B’mod simplistiku, il-letteratura Maltija tinqasam f’żewġ epoki distinti: l-epoka ta’ qabel l-Indipendenza, li kienet dominata mil-letteratura Romantika b’Dun Karm bħala l-esponent ewlieni, u l-epoka ta’ wara l-Indipendenza, li rreaġixxiet għall-forom riġidi użati mill-epoka preċedenti u rreaġixxiet ukoll għall-idealizzazzjoni tan-nazzjon. Hemm ukoll din il-mewġa l-ġdida ta’ awturi, b’numru sostanzjali minnhom nisa, li bdiet tagħmel ħoss fid-disgħinijiet u għadha tiffjorixxi, sew lokalment u anke internazzjonalment u qed tipproduċi letteratura rikka u kumplessa b’temi soċjali u anke b’influwenzi ta’ kittieba Maltin li għexu barra. Naturalment, il-klassifikazzjoni hi biss mezz faċli kif aħna nispjegaw l-attività letterarja mgħoddija u preżenti u spiss ikun hemm ħafna ħoloq bejn kategorija u oħra. Grima jsostni li f’din il-ġabra ta’ Holland u anke f’poeżiji oħrajn tiegħu, ilqarrejja jsibu “vuċi letterarja li wieħed ma jistax ipoġġiha qalb dik tal-awturi stabbiliti” (Grima, Maltese Literature – The New Writing). Hija ġabra innovattiva b’vuċi friska, b’lingwaġġ sinċier waqt li fl-istess ħin mhux tas-soltu. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37080 |
| ISBN: | 9789995707057 |
| Appears in Collections: | Leħen il-Malti (2014) - Għadd 33 Leħen il-Malti (2014) - Għadd 33 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il-qabza poetika kunfidenti ta' henry holland.pdf | 107.2 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
