Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5552
Title: Dizzjunarju storiku tal-Malti bbazat fuq it-Tagħlim Nisrani tar-Reverendu Franciscu Wzzino
Authors: Xuereb, Raisa
Keywords: Wizzino, Francesco, 1678-1767
Maltese language -- Dictionaries -- Early works to 1800
Encyclopedias and dictionaries, Maltese
Issue Date: 2012
Abstract: Ma kinitx faċli nagħżel f’liema qasam se nitratta t-teżi, biss minn dejjem ħassejt ċertu ġibda akbar lejn il-lingwisika. Naffaxxina ruħi meta nara jew nisma’ kliem li qatt ma kont smajt qabel u dan iqanqal fija ċertu interess fl-istorja tal-ilsien Malti. Filfatt ‘Ix-Xhieda tal-Malti Miktub’ kien l-aktar parti għall-qalbi mill-kors għaliex kont insibu interessanti ferm. Huwa fatt li fejn jidħlu r-riżorsi, il-Malti għadu ma jistax jiġi pparagunat ma’ lingwi oħra. Kien ukoll għal ħafna snin meqjus bħala lingwa medjokri u bla preġju minħabba li kien maħkum u għalhekk dam ma beda jinkiteb. Don Francesco Saverio Wzzino kien wieħed mill-awturi li ta kontribut lil-lingwa Maltija fost l-oħrajn permezz tal-Katekiżmu li traskriva mit-Taljan. Huwa filfatt l-ewwel dokument li għandna stampat bil-Malti. Fit-teżi se naqsam dan il-Katekiżmu kelma kelma forma ta’ dizzjunarju għaliex ħassejt li jkun kontribut siewi lejn il-lingwa Maltija jekk nagħti sehmi fix-xogħol li qed jittella’ ‘online’ bl-eqdem referenzi għall-kliem. B’hekk inkun qed ngħin jien ukoll sabiex il-Malti jibqa’ ħaj u jsir ukoll punt ta’ referenza fuq l-internet. It-teżi hija mqassma f’erba’ kapitli prinċipali. L-ewwel kapitlu jinkludi l-għan ta’ dan ix-xogħol, il-bijografija ta’ Don Francesco Saverio Wzzino li hu l-awtur tat- ‘Tagħlim Nisrani’, l-istorja ta’ dan l-ewwel Katekiżmu bil-Malti, x’Katekiżmu oħra ħarġu wara din il-verżjoni tal-1752, l-importanza ta’ dan id-dokument fil-lingwa Maltija u il-kontenut tal-Katekiżmu. It-tieni kapitlu jibda billi spjegajt it-tqassim tad-dizzjunarju. Warajh hemm id-dizzjunarju nnifsu. Fih qsamt il-Katekiżmu ‘Tagħlim Nisrani’ kelma kelma f’tabelli u indikajt kif dawn il-kliem miktubin mitejn u sittin sena ilu nbidlu llum il-ġurnata. Fl-ewwel kolonna għamilt il-lemma ta’ kull kelma kif jinsabu fid-dizzjunarju t’Aquilina. Fit-tielet kapitlu mbagħad analizzajt il-Katekiżmu minn diversi aspetti lingwistiċi ; l-ortografija, il-fonoloġija, il-morfoloġija, is-semantika u l-lessiku. Għamilt ukoll sezzjoni fejn ttrattajt it-traduzzjoni f’dan il-ktieb peress li Wzzino ttraduċih minn fuq verżjoni Taljana. Innutajt għadd ta’ differenzi mill-kitba tal-lum. Fl-aħħar kapitlu semmejt l-aħħar ħsibijiet tiegħi fuq il-Katekiżmu u l-elementi li joħorġu mill-analiżi tal-Malti reliġjuż li uża Wzzino.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5552
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL024.pdf
  Restricted Access
2.98 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.