Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6863
Title: Elementi ta' intertestwalita fil poezija ta' Maria Grech Ganado
Authors: Formosa, Romilda Ann
Keywords: Poets, Maltese
Intertextuality
Grech Ganado, Maria, 1943- -- Criticism and interpretation
Maltese literature -- 21st century
Issue Date: 2011
Abstract: Maria Grech Ganado, bħala poetessa moderna, tfittex espressjoni letterarja innovattiva li teħles lill-mara minn definizzjoni ristretta u lill-kuxjenza femminili tagħha minn forom tipiċi ta’ ħsieb. Hija mara li ttrasformat firxa ta’ esperjenzi u ta’ qari f’idjoma poetika oriġinali, tant li poeżiji tagħha jidhru bħala frott l-imgħoddi li ġarrbet daqskemm is-sorsi mitoloġiċi, bibliċi, u letterarji li qrat. Titqies bħala poetessa moderna minħabba, qabelxejn, l-istruttura poetika li tuża biex toħloq pawsi u kuntrasti fil-mixja lirika, kif ukoll minħabba mekkaniżmi bħall-ironija, il-paradoss, u l-innuendo li tħaddem fuq idjoma intima. Il-poeżiji tagħha ma għandhomx metrika stabbilita u ħafna drabi l-użu tal-vers ħieles u l-enjambment jgħin biex l-espressjoni li tidher kompluta tkompli b’sinifikat ironiku. B’kuntrast mal-poeti romantiċi li għandhom metrika u forma fissa, flimkien ma’ valuri tradizzjonali espressi b’mod idealistiku jew rikonċiljattiv, Grech Ganado tfittex li tibni perspettivi kunfliġġenti u tensjoni bejn emozzjonijiet opposti f’poeżija li rarament tidealizza. Dan għaliex it-test mhuwiex ristrett għal konklużjoni waħda, anzi l-qarrejja jimirħu f’diversi interpretazzjonijiet oħra evokati mit-teknika talironija. Għalhekk, in-nuqqas ta’ ċarezza, il-konnotazzjonijiet diversi, u l-evokazzjoni ta’ testi oħra joħolqu diffikultà biex il-qarrejja jifhmu s-sinifikat poetiku. Qabelxejn, il-qarrejja ta’ Grech Ganado jridu jneħħu kull idea ordinarja u simplistika dwar il-mara, filwaqt li jantiċipaw tifsira oħra għall-kelma ta’ kuljum.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6863
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL015.pdf
  Restricted Access
1 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.