Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7360
Title: Il-letterarjeta tan-narrattiva ta' Guze Ellul Mercer
Authors: Psaila, Emanuel (2012)
Keywords: Ellul Mercer, Guze, 1897-1961 -- Criticism and interpretation
Narration (Rhetoric)
Realism in literature
Issue Date: 2012
Abstract: Inġbidt lejn is-soċjorealisti għax b’kitbiethom fetħu għajnejn il-Maltin ħalli jindunaw bir-realtajiet li kienu qed iħabbtu wiċċhom magħhom; kitbu biex jallarmaw, jedukaw u jxerrdu fost il-poplu dak li kienu jsostnu u jippritkaw li hu ġust. Bi stili kultant differenti imma bi programm simili dawn il-kittieba wasslu messaġġ lill-proletarjat biex jifhem il-bżonn li jeduka ruħu u mbagħad jagħraf kif għandu jirreżisti lill-oppressuri. Dawn l-attivisti nqdew bil-letteratura biex jikxfu d-difetti tas-soċjetà u jesponu l-injoranza b’mod li jiftiehem minn kulħadd, kemm mill-intellettwali u kemm mill-maġġoranza tal-poplu Malti, li fil-biċċa l-kbira tiegħu kien illitterat. Kienet letteratura qawwija li mhux dejjem inftiehmet fi żmienha, għax setgħet dehret bħala sottili u ambigwa fil-provokazzjoni tagħha, imma kienet ukoll influwenti għax għenet fl-istrateġija politika. Fir-riċerka stħarriġt l-analiżi tal-letterarjetà ta’ Jonathan Culler u applikajtha għax-xogħlijiet ta’ Ġużè Ellul Mercer, l-iktar kittieb versatili fost is-soċjorealisti u b’edukazzjoni letterarja vasta. In-narrattiva ta’ Ellul Mercer hija miżgħuda bil-karatteristiċi tal-letterarjetà li jidentifika Culler u ntlift ngħarrex fihom bħalma tifel żgħir jintilef jifli l-iktar ħlejqiet żgħar u sorprendenti tan-natura. Għax it-tematika psikoloġika, soċjali u politika hija wkoll riżultat ta’ letterarjetà “ġdida.” Dan ix-xogħol jiffoka fuq l-istrateġiji narrattivi ta’ Ġużè Ellul Mercer, iżda jista’ jsir studju fil-fond fuq kull aspett letterarju ta’ xogħlijietu għax ilkoll jagħtu ħjiel tal-possibbiltajiet espressivi kbar li toffri s-sengħa tal-kitba.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7360
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12MAMAL004.pdf
  Restricted Access
1.61 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.