Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101970
Title: L-ironija fil-versi popolari Maltin
Authors: Schembri Fava, Yanika (2022)
Keywords: Oral tradition -- Malta
Folk poetry, Maltese -- Malta
Irony
Issue Date: 2022
Citation: Schembri Fava, Y. (2022). L-ironija fil-versi popolari Maltin (Master's dissertation).
Abstract: Kumment preliminari : Dan l-istudju jiffoka fuq l-ironija fil-versi popolari Maltin, b’mod speċjali l-analiżi taddiskrepanzi ironiċi, anke jekk imsaħħa minn mekkaniżmi letterarji oħra, l-aktar f’kompożizzjonijiet b’interess soċjali. Madankollu, studju bħal dan ma jistax iseħħ mingħajr stħarriġ dwar il-kuntest ġenerali ta’ din ix-xorta ta’ taqbiliet. L-ironija fittradizzjoni orali Maltija qajla ġiet irriċerkata, u din hija ħasra meta wieħed iqis kif il-wirt orali ta’ missirijietna huwa miżgħud b’kuntrasti kontinwi bejn dak li qed jingħad u dak li qed jinftiehem, bejn espressjoni u qawwa insinwattiva. L-inkongruwenzi maħdumin bil-mekkaniżmu tal-ironija qdew lill-popolin għal diversi skopijiet, kuntesti, temi, u avvenimenti meħudin mill-ħajja ta’ kuljum tiegħu. Din ir-riċerka tinkludi kemm it-teorija tal-ironija applikata fi sħubija fejjieda ma’ elementi letterarji oħra li jsaħħuha u jestenduha, kif ukoll sorsi oħra li javviċinaw id-dinamika ironika mid-direzzjoni opposta tat-tħaddim prattiku tagħha, b’attenzjoni speċjali lill-iżvijar ta’ sitwazzjoni u oġġetti banali għal ġo tifsira kuntrastanti li mhix tingħad. L-ironija fil-versi popolari Maltin : L-ironija tinvolvi l-ħila umana li wieħed iħalli barra dak kollu li riedu jinftiehem. Hija għodda effettiva għax tħalli impatt b’dak li mhux qiegħed jingħad. Id-diversità ta’ applikazzjonijiet u effetti ironiċi timmanifesta l-implikazzjonijiet varji li sikwit jitnisslu mill-mekkaniżmi ambivalenti tagħha, speċjalment fil-kuntest ta’ taqbiliet popolari dwar it-traqqid tat-trabi, il-pika, il-ġibdiet sesswali, l-apparenzi foloz, fost motifi oħra. Ilkunfidenza miżjuda tal-versifikatur ironiku ġejja mill-fatt li permezz ta’ gradazzjoni umoristika (li tvarja mill-burlesk u l-grottesk sas-sarkastiku u s-sardoniku) ikun qiegħed jesponi l-għerf komuni ta’ poplu sħiħ maħżun f’għadd ta’ botti u risposti dwar id-difetti, l-istramberiji, il-makakkerija u l-kwalitajiet l-oħra ddisprezzati jew irridikulati tal-komunità u l-mentalità tipika tagħha. Għal dan il-għan, it-teżi tippreżenta u tinterpreta nomenklatura sħiħa tal-ironija kif imħaddma fil-versi popolari Maltin, ngħidu aħna: l-ironija verbali, romantika, drammatika, u Sokratika. Madankollu, minkejja l-garżelli puliti ta’ din it-tipoloġija, il-fruntieri bejn tip u ieħor mhux dejjem huma ċari jew stretti fit-taqbiliet popolari Maltin. Il-porożità tagħhom tippermetti amalgamazzjonijiet interessanti bejn tipi u mekkaniżmi varji tal-ironija. Se nistħarreġ ukoll diversi effetti tax-xbihat u l-entitajiet ironizzati fil-versi popolari: niggieża, edukattivi, divertenti, provokattivi, u l-bqija. Għal dan il-għan, listudju se jitlaq minn tipoloġija standard tal-ironija, iżda mbagħad se jaġġusta ssottokategoriji tagħha skont applikazzjonijiet varji li jidħlu, jissupplimentaw, jevokaw, jew saħansitra jmeru lil xulxin. Il-metodoloġija : Għalkemm il-konċentrazzjoni speċifika ta’ din ir-riċerka se tkun fuq l-analiżi tatteknika u d-diversi tipi tal-ironija kif jintużaw fil-komunità, studju bħal dan ma jistax iseħħ mingħajr l-applikazzjoni rigoruża ta’ metodoloġija konsistenti u rrispettata filkamp akkademiku. Kemm il-versi kif ukoll il-kuntest mhux se nistħarriġhom biss minn kompilazzjonijiet analitiċi tat-tradizzjoni orali, imma wkoll direttament minn fomm ilpopolin innifsu. Huwa fundamentali li wieħed ma joqgħodx biss fuq x’jagħtu bħala testi primarji u x’jgħidu teoretikament il-kotba f’dan il-qasam partikulari, għax f’dak li tgħid il-vuċi tal-popolin, imqar bħala prassi ironika, hemm ħafna sfumaturi oħra tattħaddim innifsu ta’ din ix-xorta ta’ versi. Kważi kull individwu għandu l-varjant jew metodu tiegħu ta’ twettiq orali vversifikat, u minn hawn toħroġ il-ħtieġa ta’ repertorju miġbur b’xi għamla ta’ kategorizzar, anke jekk dan iseħħ bi kriterju speċjalizzat bħat-teknika tal-ironija. Dan għandu l-vantaġġ aktar bażiku ta’ wirt tradizzjonali li ma jintilifx fid-diversi forom ta’ reġistrazzjoni oriġinali tiegħu: intervisti li daqqiet kienu awdjoviżivi u oħrajn tal-ħoss biss, kwestjonarji bil-miktub li ngħataw lill-parteċipanti li ma xtaqux jiġu rrekordjati, u l-Formola Google bħala mezz alternattiv kif tinġabar firxa ġmielha ta’ eżempji f’rabta ma’ sitwazzjonijiet uniċi bħall-buscades. […]
Description: M.A.(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101970
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2022
Dissertations - FacArtMal - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
22MAMAL003.pdf
  Restricted Access
12.1 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
Schembri_Fava_Yanika_acc.material.pdf
  Restricted Access
65.13 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.