Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/105505| Title: | Ħajja fis-servizz tal-knisja u r-riċerka : analiżi qasira tal-istudji storiċi tal-Kanonku Joe Abela |
| Authors: | Grech, Sergio |
| Keywords: | Abela, Joe, 1931- Historians -- Malta -- Biography Żejtun (Malta) -- Biography Żejtun (Malta) -- History Zahra, Walter Robert, 1912-2003 Wirt iż-Żejtun Cultural organisations -- Malta -- Żejtun Catholic Church -- Clergy -- Malta -- Biography |
| Issue Date: | 2022 |
| Publisher: | Żejtun : Għaqda Mużikali Beland |
| Citation: | Grech, S. (2022). Ħajja fis-servizz tal-knisja u r-riċerka : analiżi qasira tal-istudji storiċi tal-Kanonku Joe Abela. Festa Santa Katarina V.M., Żejtun, 2022, 107, 110-111 |
| Abstract: | Joe Abela u ftit nies oħra, iż-Żejtun seta' jkollu l-istorja tiegħu miktuba b'mod xjentifiku. Qabel Abela u xi waħdiet bħal Walter R. Zahra, kien hemm vojt kbir. U din, anki jekk tidher, mhix stqarrija esaġerata jew sproporzjonata. Kollu minnu li kien hemm L-Istorja taż-Żejtun u Marsaxlokk ippubblikat fl-1927 minn E.B. Vella li ħafna jafuh għall-famuż xogħol tiegħu Ġabra ta' Ward. Inċidentalment, forsi ftit jafu li Vella kien ukoll Kap tal-lskola Primarja taż-Zejtun. Imma dak il-ktieb ta' Vella, minkejja kollox, ma kienx biżżejjed u ma kienx jagħti l-aħħar kelma fuq iż-Żejtun u ż-Żwieten tiegħu. Għalkemm veru wkoll li l-ebda storiku m'għandu l-jedd li jippretendi li qed jikteb l-aħħar kelma! Fuq kollox, ix-xogħol ta' Vella kien nieqes mill-ħajja soċjali taż-Żejtun li l-Kanonku Abela ddedika tant ħin għaliha u dwarha biex sawwarha f'kitba. Terġa' u tgħid, Vella ma kellux aċċess għall-ħemel ta' dokumenti li ra l-Kanonku Joe Abela. Il-kobor ta' Abela jinsab fil-fatt li hu ħaddem skemi xjentifiċi biex kiteb storja ta' raħal min-nuċċali ekkleżjastiku u politiku kif ukoll soċjali. Għax listorja ma jagħmluhiex biss in-nies il-kbar li normalment imissu mal-poter imma anki ż-żgħar li bosta drabi leħinhom qatt ma ġie reġistrat. Fuq kollox, il-Kanonku Abela qatt ma waqa' fil-labirint tal-istorja falza li tkeskes u toħloq il-parrokjaliżmu u l-pika. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/105505 |
| Appears in Collections: | Għaqda Mużikali Beland |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Ħajja fis-Servizz tal-Knisja u r-Riċerka.pdf | 447.65 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
