Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/108929| Title: | It-tagħlim tal-imperattiv u l-imperfett lill-istudenti li qed jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija |
| Authors: | Baldacchino, Franklyn (2022) |
| Keywords: | Maltese language -- Study and teaching -- Foreign speakers Maltese language -- Tense Maltese language -- Aspect Maltese language -- Mood Maltese language -- Imperative |
| Issue Date: | 2022 |
| Citation: | Baldacchino, F. (2022). It-tagħlim tal-imperattiv u l-imperfett lill-istudenti li qed jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija (Master's dissertation). |
| Abstract: | Għażilt li niffoka fuq it-tagħlim tal-imperattiv lill-istudenti li qegħdin jitgħallmu l-Malti bħala Lingwa Barranija fl-iskejjel. Din it-teżi hija mibnija fuq żewġ fażijiet. Fl-ewwel fażi ġbart ħafna verbi li ħadna minn għejun differenti fosthom l-Għarbi, l-Isqalli, it-Taljan u l-Ingliż biex kemm jista’ jkun dawn il-verbi jkopru ħafna mill-verbi li nużaw ta’ kuljum skont is-sillabu taċ-ĊES Malti Lingwa Barranija (2025). Dawn il-verbi ġbarthom mill-Ġabra (Camilleri, 2013) li hija database li tiġbor kollezzjoni ta’ lessiku bil-Malti. Ikkonsultajt xi sorsi oħra, bħad-dizzjunarju ta’ Aquilina (1987) u kotba tal-grammatika, bħal ta’ Scicluna, Agius u Giordano (2018) li jistgħu jkunu ta’ għajnuna f’dan il-proġett. Dan il-proċess sar kollu manwalment. Wara li ġbart il-verbi qgħadt nanalizza l-forma tal-imperattiv. Dan għaliex din il-forma toħloq problemi fit-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija peress li mhijiex regolari, eż. ‘ejja’ u ‘ejjew’ għall-verb ‘ġie’. Limperattiv huwa ta’ importanza fundamentali peress li fuqu jiġu kkonjugati l-imperfett, ilfutur u l-kostruzzjoni tal-preżent b’qed. Skont Camilleri Grima (2020) u Żammit (2019) huwa utli li tgħallem l-imperfett qabel il-Perfett għal raġunijiet pedagoġiċi. Diment li l-istudenti jkunu jafu kif jikkonjugaw il-verb fl-imperattiv u jżidu l-prefessi u/jew suffissi neċessarji se jsibuha faċli biex jikkonjugaw il-verbi fl-imperfett, l-aktar dawk regolari. Biex inħaffef ilproċess tal-għalliema, fridt l-għerq (il-verbi mill-Għarbi) skont diversi mudelli (eż. i12e3 – ikteb). It-tieni fażi tikkonsisti minn ħolqien ta’ pakkett ta’ riżorsi għall-għalliema u l-istudenti. Użajt l-American Psychological Association (APA, is-seba’ edizzjoni) bħala stil ta’ referenza. |
| Description: | MTL(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/108929 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2022 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2218EDUEDU500100010465_1.PDF Restricted Access | 9.23 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
