Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109009| Title: | Fil-ġnejna tat-tfulija |
| Authors: | Camilleri, Frans |
| Keywords: | Maltese poetry -- 20th century Poets, Maltese -- 20th century Maltese literature -- 20th century |
| Issue Date: | 1948 |
| Publisher: | Dar ta' San Ġużepp |
| Citation: | Camilleri, F. (1948). Fil-ġnejna tat-tfulija. Archive Pamphlets (Archv. Pamph. 23.7). University of Malta Library, Archives & Rare Books dept. |
| Abstract: | TFAL, Kemm drabi għidtu weħidkom jew bejnietkom, waqt li kontu fuq il-bankijiet ta' l-iskola: ''Iġri ddoqq il-qanpiena ħa mmorru nilagħbu jew niġġerrew qalb il-għelieqi biex naqbdu l-friefet " Kemm drabi, waqt li smajtu x-xita nieżla u tfaqqa' fuq il-ħġieġ tat-twieqi, xtaqtu li qegħdin barra t-triq biex iċċafċfu fl-ilma u ssuqu daħajjes tal-karti, flok weqfin fuq il-bankijiet ta' l-iskola! Għalikom it-tfal dawn huma ħsibijiet li jferrhukom. U ghal min ħareġ mit-tfulija dawn huma wkoll tifkiriet mill-isbah tal-ħajja li għaddiet! Ifirħu kemm tridu! Imma qisu li l-ferh tagħkom jibqa' wkoll meta tikbru. Biex tibqgħu ferħanin ukoll 'il quddiem, jeħtieg li tibdew taħdmu minn issa. Fid-dar u fl-iskola għandkom mjn imexxikom. Isimgħu minnhom! Xi drabi tiddejqu fl-iskola. Imma tinsewx Ii, għal min hu akbar minnkom, is-snin ta' l-iskola huma fost l-isbah tifkiriet ta' l-imghoddi. Xi drabi mqar il-logħob jdejjaqkom! Mela kollox f'waqtu! Min hu bil-għaqal jifraħ bit-tagħlim u jieħu gost bl-iskola. Il-kotba jiftħu l-moħħ tal-bniedem u jġibu l-ferħ ġo qalbu. Bil-ħsieb Ii nagħtikom ktieb ċkejken, imma ktieb li jferraħkom, jiena ġbart flimkien ftit mill-poeziji qosra u ħfief li ktibt għalikom. Kulma tħobbu u kulma tixtiequ ghandkom issibuh f'dan il-ktejjeb. Nittama li tifhmuhom u li tieħu gost bihom. Għax il-Poeżija togħġob u tiġbed Iil kulħadd. Ftakru meta kontu aktar ċkejknin, f'ħogor ommkom jew fil-benniena, meta smajtu dik il-għanja ħelwa li daħħlitkom f'nagħsa, twila ta' mistrieħ u ħolm sabiħ! |
| Description: | Signed by the author |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109009 |
| Appears in Collections: | 1900-1949 - A&SCPam |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Fil_Gnejna_tat-tfulija_1948.pdf | 7.62 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
