Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109099
Title: “... meta titwieled tbissima minn qalb il-biki” : analiżi ta’ ‘Sena mill-ħajja mistura ta’ Daniel Tusa’ ta’ Edgar Formosa
Authors: Zammit, Diane (2022)
Keywords: Formosa, Edgar. Sena mill-ħajja mistura ta’ Daniel Tusa -- Criticism and interpretation
Young adult literature, Maltese
Teachers in literature
Issue Date: 2022
Citation: Zammit, D. (2022). “... meta titwieled tbissima minn qalb il-biki”: analiżi ta’ ‘Sena mill-ħajja mistura ta’ Daniel Tusa’ ta’ Edgar Formosa (Master's dissertation).
Abstract: Din id-dissertazzjoni tanalizza skont xi prinċipji tal-kritika letterarja b’orjentament psikoloġiku u soċjoloġiku d-djarju ‘Sena mill-Ħajja Mistura ta’ Daniel Tusa’ miktub minn Edgar Formosa (2004). In-narratur ta’ dan id-djarju mistħajjel huwa ġuvni ta’ ħmistax-il sena li jgħaddi minn għadd ta’ esperjenzi tipiċi taż-żgħożija. L-analiżi tad-djarju ta’ Daniel twassal biex jinftiehmu aħjar l-istadji psikoloġiċi u soċjali li jgħaddu minnhom żgħażagħ tal-istess età. F’din ir-riċerka jsir stħarriġ dettaljat tat-tekniki stilistiċi u narratoloġiċi li juża Formosa meta jikteb djarju skont mudelli tradizzjonali u meta u kif ġieli jitbiegħed minnhom b’mod kreattiv. Barra minn hekk, ir-rakkont jirrifletti l-kultura pop prevalenti fis-snin tmenin tasseklu għoxrin li elementi minnha se jiġu mistħarrġa bħala parti mid-dokumentazzjoni realistika ta’ dan il-perjodu. Permezz tad-djarju l-protagonist jikxef realtà edukattiva li kienu jgħixu fiha l-istudenti Maltin flimkien mal-pedagoġiji, il-metodi tat-tagħlim u l-evalwar imħaddmin mill-għalliema, u li mill-perspettiva tal-lum jistgħu jitqiesu bħala għeliem ta’ tagħlim tradizzjonali. Din ir-riċerka tqabbel elementi ta’ edukazzjoni tradizzjonali ma’ oħrajn aktar progressivi li twassal biex tipproponi tibdiliet li jistgħu jsiru fis-sistema edukattiva Maltija biex l-esperjenza tas-snin obbligatorji fiskola tkun ta’ gwadann għall-istudenti kollha. Formosa jgħaddi lill-qarrejja minn medda ta’ esperjenzi li jqanqlu fihom damma ta’ emozzjonijiet.Dan il-ktieb jista’ jitqies bħala cross-over għaliex minkejja li jittratta d-dinja tal-adolexxenti faċilment jista’ jiġi apprezzat mill-adulti.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109099
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2218EDUEDU500105062298_1.PDF1.95 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.