Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109552
Title: Bolol kommemorattivi għall-okkażjoni tal-Biċentinarju tal-Korp
Authors: Spiteri, Mario
Keywords: Commemorative postage stamps -- Malta
Ships on postage stamps -- Malta
Cancellations (Philately) -- Malta
Malta Police Force -- History
Malta Police Force. Police Water District -- 20th century
Malta Police Force. Police Water District -- On postage stamps
Malta Police Force -- Centennial celebrations, etc.
Issue Date: 2014
Publisher: Malta Police Force
Citation: Spiteri, M. (2014). Bolol kommemorattivi għall-okkażjoni tal-Biċentinarju tal-Korp. Il-Pulizija, 21(2), 23.
Abstract: Fit-18 ta’ Marzu, 2014, il-MaltaPost ħarġet żewġ bolol li jikkommemoraw il-200 sena mit-twaqqif tal-Korp. Il-bolol, li ġew iddisinjati minn Cedric Galea Pirotta, għandhom valur ta’ €0.26 u juru żewġ opri tal-baħar ta’ dik li kienet tissejjaħ Police Water District fuq l-isfont ta’ żewġ portijiet; dak ta’ Marsamxett u dak ta’ Tas-Sliema. Fl-isfont ta’ kull bolla, tidher ukoll għassa tal-Pulizija differenti li kien hemm fiż-żewġ portijiet. Il-Police Water District ġie mwaqqaf f’Jannar 1921 wara li ġiet xolta l-Marine Police ix-xahar ta’ qabel. Ix-xogħol ewlieni tal-Water Police kien il-prevenzjoni tal-kuntrabandu iżda kien hemm ukoll xogħol ieħor li kien jiġi mwettaq, bħall-ġbir ta’ katavri mill-baħar, iż-żamma tal-bon ordni fil-portijiet u l-ħruġ ta’ liċenzi lill-barklori u lid-dgħajjes għall-kiri. Fis-sebgħinijiet, ħafna mix-xogħol ta’ din it-taqsima ttieħed mill-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta u mid-Dipartiment tad-Dwana. Aktar tard, ġiet introdotta wkoll Taqsima tal-Baħar fi ħdan l-Administrative Law Enforcement Unit. Dan kollu wassal biex eventwalment, din it-taqsima għalqet l-għases tagħha u ġiet xolta. Għall-okkażjoni tal-200 anniversarju tal-Korp, il-MaltaPost se tagħmel ukoll timbru speċjali ta’ kanċellazzjoni tal-bolol, li se jiġi wżat biss fit-12 ta’ Lulju, 2014 fil-fergħa tal-Posta ta’ Kastilja, il-Belt.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109552
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSTC



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.