Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109703
Title: Għemil li jiġbed il-ħsieb : il-poeżija ta’ Jonathan Balzan
Authors: Briffa, Charles
Keywords: Balzan, Jonathan, 1972- . Irdieden : ġabra ta' poeżiji
Balzan, Jonathan, 1972- . Kilometri
Balzan, Jonathan, 1972- . Madwar Ħajti
Authors, Maltese -- 20th century
Poets, Maltese -- 20th century
Maltese poetry -- 21st century
Issue Date: 2019
Publisher: Akkademja tal-Malti
Citation: Briffa, C. (2019). Għemil li jiġbed il-ħsieb: Il-poeżija ta’ Jonathan Balzan. Il-Malti : Rivista tal-Akkademja tal-Malti, 92(1), 184-188
Abstract: Din il-ħarġa tinkludi wkoll riċensjoni magħmula minn Charles Briffa dwar il-poeżija ta’ Jonathan Balzan, imsejsa fuq it-tliet kotba tal-poeta Irdieden – Poeżiji (2013), Kilometri – Poeżiji (2016) u Madwar Ħajti – Poeżiji (2018). Balzan huwa poeta kontemporanju li skont Briffa jgħarrex il-valuri umani tal-kontemporanjetà bl-istil partikolari tiegħu – “stil li meta nifluh nilmħu sitwazzjoni interessanti għax il-poeżija ta’ Balzan turina qagħda ta’ moħħ b’xejriet meqjusa li jattiraw l-attenzjoni u jqajmu l-kurżità”. Il-versi ta’ Balzan, skont Briffa, huma ħielsa minn kull ilġiem biex il-produzzjoni tingħata bilqawwa tal-Post-Modern li jlaqqa’ kultura stabbilita ma’ temi popolari. Briffa janalizza l-aktar aspetti stilistiċi li jirkaċċaw fil-poeżija ta’ Balzan, fosthom ir-rima, il-konċiżjoni, u l-ħsieb dirett ħieles. Skont Briffa l-poeżija ta’ Balzan hija għamla ta’ diskors dirett ħieles “li jnixxi minn moħħ il-poeta”, teknika li tagħmel il-ħsibijiet ta’ Balzan aktar attwali msaħħa wkoll b’użu ta’ lessiku kontemporanju magħżul b’ċerta ħila li, fi kliem Briffa, huwa komuni u ħaj u li jixraqlu dinjità letterarja.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109703
ISBN: 9789993278139
Appears in Collections:Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1
Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Għemil_li_jiġbed_il_ħsieb.pdf262.8 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.