Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109735| Title: | L-aħħar ħbit tal-Furbani fl-1614 |
| Authors: | Falzon, Marlene |
| Keywords: | Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798 Żejtun, Raid of, 1614 Żejtun (Malta) -- History -- Knights of Malta, 1530-1798 Tabone, Clemente 1575?-1665 |
| Issue Date: | 2017 |
| Publisher: | Malta Police Force |
| Citation: | Falzon, M. (2017). L-aħħar ħbit tal-Furbani. Il-Pulizija, 24(1), 52-53. |
| Abstract: | L-aħħar ħbit mill-furbani seħħ propju fis-6 ta’ Lulju fl-1614 ġewwa l-villaġġ żgħir taż-Żejtun. Sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx grupp ta’ furbani ntlemħu resqin lejn in-naħa ta’ Wied il-Għajn, u kienet tidher ċara li din kienet se tkun invażjoni. L-abitanti stess li b'kuraġġ u qlubija kienu l-ewwel nies li ngħaqdu flimkien biex jissieltu kontra dawn il-furbani, għalkemm xorta kienu maħsuda għall-ewwel għax żgur ma stennewx din l-invażjoni. In-nisa u t-tfal kollha ġrew lejn in-naħa tal-Birgu u l-irġiel żgħażagħ qabdu l-armi u ngħaqdu kollha f ’daqqa. Il-kelma ġriet għal għand il-Gran Mastru Alof de Wignacourt u f ’salt wieħed niżlet kavallerija għal għajnuna. Din il-ġlieda qalila ħalliet ħafna nies midruba, apparti l-ħsara li saret ġol-knejjes, djar, annimali maqtula, eċċ. F'dan il-ħbit tissemma wkoll il-parroċċa antika ta’ Santa Katerina magħrufa bħala San Girgor (1400-1720) li kienet ukoll isservi bħala torri tal-għassa għall-ħbit mill-furbani mill-port ta’ M’Xlokk, ir-Ramla taż-Żejtun u Wied il-Għajn. Dawn iż-żewġ bajjiet kienu spiss jintużaw mill-furbani (pirati u sibbien) biex jinżlu fuq il-Gżejjer Maltin. Kull sena ssir purċissjoni ddedikata lil San Girgor, u l-oriġini ta’ din il-purċissjoni għadu ħadd ma jafha, biss però li nafu żgur huwa li jeżistu verżjonijiet differenti, fosthom ir-rapport ta’ Monsinjur Dusina fejn jitkellem dwar il-purċissjoni annwali ta’ San Girgor meta l-poplu kollu tal-gżira jmur f ’din il-knisja u jiżżi ħajr lil Alla għax nhar San Girgor, flotta Torka għerqet maġenb l-imsemmija gżira u l-poplu kien meħlus mill-qilla u l-biża’ tagħhom. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109735 |
| Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCWHMlt |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Falzon, Marlene_L-aħħar ħbit tal-Furbani fl-1614_Il-Pulizija vol. 24 n.1 March 2017.pdf | 134.35 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
