Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110583
Title: | Min kienet il-Veronika? |
Authors: | Muscat, Noel |
Keywords: | Jesus Christ -- Relations with women. Bible. Gospels -- Criticism, interpretation, etc. |
Issue Date: | 2020 |
Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
Citation: | Muscat, N. (2020). Min kienet Il-Veronika?. Lehen l-Art Imqaddsa, 41(208), 41-46. |
Abstract: | Fil-belt ta’ Ġerusalemm, kull nhar ta’ Ġimgħa, il-Patrijiet Franġiskani tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa, flimkien ma’ mijiet ta’ pellegrini u Insara lokali, jimxu l-Via Dolorosa mill-Pretorju ta’ Pilatu, fejn Ġesù ġie kkundannat għall-mewt, sal-Kalvarju u l-Qabar ta’ Kristu, fil-kumpless tal-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu, biex jitolbu l-Via Crucis, il-meditazzjoni ta’ 14-il stazzjon fuq il-misteri tas-Salib. L-istorja ta’ din id-devozzjoni, li hi antika ħafna, u li bdiet minn Ġerusalemm biex imbagħad xterrdet mal-knejjes tad-dinja, mhux l-ewwel darba li tkellimna dwarha. Hawnhekk sejrin nieqfu fuq stazzjon partikulari tal-Via Crucis, li jfakkar figura u ġrajja li ma jinstabux fir-rakkonti tal-Passjoni fil-Vanġeli, imma li huma frott tat-tradizzjoni Kristjana ta’ Ġerusalemm. Qiegħed nirreferi għas-sitt stazzjon, fejn nimmeditaw il-laqgħa ta’ Ġesù mal-Veronika. Min kienet din il-mara misterjuża, li hi meqjuma bħala qaddisa, u li hi magħrufa għax ixxuttat il-Wiċċ sofferenti ta’ Ġesù fis-sudarju jew xugaman li fuqu mbagħad il-Mulej ħalla stampata x-xbieha ta’ Wiċċu. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110583 |
Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 208 : April-Gunju : 2020 Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 208 : April-Gunju : 2020 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Min_kienet_il_Veronika.pdf | 338.3 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.