Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110663
Title: Is-serqa mill-Armerija ta' Ħal Qormi
Authors: Borg, J.
Keywords: Pinto Armoury (Qormi, Malta) -- History -- 18th century
Qormi Police Station -- History
Robbery -- Malta -- History -- 18th century
Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798
Rohan de Polduc, Emmanuel de, 1725-1797
Vassalli, Mikiel Anton, 1764-1829
Issue Date: 2009
Publisher: Malta Police Force
Citation: Borg, J. (2009). Is-serqa mill-Armerija ta' Ħal Qormi. Il-Pulizija, 16(3), 47-49.
Abstract: Lura lejn tmiem is-seklu 18, madwar 225 sena ilu (c.1780/90) fi żmien ir-renju tal Gran Mastru Fra Emanuel De Rohan, inhasset il-ħtieġa biex tinbena Armerija għar-reġiment tal-Milizzja ta' 'Casal Curmi', bl-iskop li fija jinżammu l-armi, munizzjon, materjal splussiv, għodod u kull xorta ta' apparat li wieħed kien jinħtieġ għal Artillerija f'dawk iż-żminijiet. Bħalma nafu mill-istorja ta' pa]iżna, fis-sena 1775 kien beda jsir tentattiv sabiex jiġġarraf il-Gvern ta' dak iż-żmien immexxi mill-Ordni ta' San Ġwann u b'hekk jitħaffef il-proċess sabiex issetgħa tiġi f'idejn il-Maltin. F'dawk iż-żminijiet l-Ordni xejn ma kienet sejra tajjeb. Saħħitha kienet iddgħajfet mhux ftit. Saru diversi laqgħat bil-moħbi u ntbgħatet korrispondenza lill-mexxejja tar-Repubblika ta' Franza, bil-għan li jsirt tixkil lill-Artillerija tal-Ordni, propju għal dik ta' 'Casal Curmi' ir-raħal fejn skont il-pjan kellha tqum ir-rewwixta kontra l-Ordni. Għalhekk sar il-pjan biex issir is-serqa tal-armamenti u l-porvli li kienu insabu fl-Armerija. Iżda ġara li hekk kif minnufih f'Mejju tal-1797 instab li l-Armerija ta' Ħal Qormi ġiet misruqa u l-armamenti u l-porvli li kien hemm ġo fiha ma nstabux, saret tfittxijja ma' kullimkien u wkoll ġew arrestati diversi nies suspettati u oħrajn imdaħħlin fil-konfoffa kontra l-Ordni bil-ħsieb li jżarmaw l-Artillerija tal-inħawi. Fis-sentenza tal-kaz li ngħatatilhom nhar it-12 ta' Ġunju 1797 tgħid illi wara li l-Gran Mastru sema' r-relazzjoni mogħtija mill-lmħalfin etċ jikkonkludi bil-kundanna tal-ħatjin: lil Mikiel Anton Vassalli, kap tal-konfoffa kontra l-Istat, jiġi magħluq il-ħabs għal għomru fil-Kastell tar-Rikażli u lill-sħabu msemmija jiġu ikkundannati bi snin differenti ta' turufnament minn Malta.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110663
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSSP

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Borg J_Is-serqa mill-armerija ta' Ħal Qormi_Il-Pulizija_2009_v16_n3.pdf2.48 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.