Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110758| Title: | Il-mara tal-Apokalissi il-Madonna fl-aħħar ktieb tal-Bibbja |
| Authors: | Buttigieg, Charles |
| Keywords: | Mary, Blessed Virgin, Saint Bible. Revelation -- Commentaries Apocalyptic literature |
| Issue Date: | 2020 |
| Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
| Citation: | Buttigieg, C. (2020). Il-mara tal-apokalissi il-Madonna fl-aħħar ktieb tal-Bibbja. Lehen l-Art Imqaddsa, 41(209), 16-20. |
| Abstract: | Il-kelma ‘Apokalissi’ ġejja mill-Grieg apo li tfisser ‘quddiem’ u kalupto li tfisser ‘xi ħaġa moħbija’. Huwa il-ktieb tar-Rivelazzjonijiet (mil-Latin: revelare). Għalhekk il-ktieb jittratta dwar rivelazzjoni ta’ xi ħaġa. Dan l-aħħar ktieb tal-Bibbja miktub minn San Ġwann l-Evaġelista huwa ktieb ta’ valur teoloġiku kbir, b’kunċetti teoloġiċi u viżjonijiet dwar dak li ġej u dak preżenti. Kemm San Irinew ta’ Lyons fis-sena 180 A.D., San Ġustinu (165 A.D.), Klement ta’ Lixandra (215 A.D.), u Origene jiktbu li Ġwanni l-appostlu huwa l-awtur tal-ktieb. Il-ġeneru letterarju tal-ktieb hija l-apokalittika u għalhekk tagħmel minn dan il-ktieb bħala wieħed profetiku fil-Ġdid Testment. Bħala apokalittika fl-Antik Testment insibu l-Ktieb ta’ Danjel, Isaija, Ġoel, Zakkarija u Eżekjel. Wara l-era bibblika nkitbu diversi kitbiet apokalittiċi. Temi ewlenin f ’din il-kitba huma l-affarijiet tat-tmiem id-dinja. Hawnhekk jidħol simboliżmu qawwi, kożmiku, terjomorfiku dwar l-annimali u dak aritmetiku. Fl-Apokalissi ta’ San Ġwann naraw l-idea ċentrali ta’ Kristu l-Pantokrator li jmexxi lid-dinja u liż-żmien. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110758 |
| Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 209 : Lulju-Settembru : 2020 Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 209 : Lulju-Settembru : 2020 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il_mara_tal-apokalissi_il_Madonna_fl_aħħar_ktieb_tal_bibbja.pdf | 306.69 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
