Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110826| Title: | Santa Marija l-Eġizzjana (Egiziaca) |
| Authors: | Muscat, Noel |
| Keywords: | Mary, of Egypt, Saint -- Cult Christian women saints -- Egypt -- Biography Hagiography |
| Issue Date: | 2020 |
| Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
| Citation: | Muscat, N. (2020). Santa Marija l-Eġizzjana (Egiziaca). Lehen l-Art Imqaddsa, 41(210), 42-46. |
| Abstract: | Fost il-qaddisin marbutin mal-Art Imqaddsa, forsi waħda mill-aktar kurjużi, imma fl-istess ħin, tipiċi, hi dik magħrufa bħala Santa Marija Egiziaca (jew Eġizzjana). Dwar il-ħajja ta’ din il-mara qaddisa ma għandniex xi dokumentazzjoni partikulari, għalkemm hemm ħajja tagħha attribwita lil San Sofronju, Isqof ta’ Ġerusalemm (560 - 638). Ċertu Żosimo, raħeb u eremita li kien jgħix fid-deżert tal-Lhudija, f ’wieħed mid-diversi monasteri jew laure fil-blat li għadhom jeżistu sal-lum (San Saba, San Teodosju, San Ġorġ Koziba, Qarantal, San Gerasimos, u oħrajn). Dan mar fis-solitudni tad-deżert Palestinjan biex hemm jgħaddi r-Randan. Quddiemu sab dehra li għall-ewwel ħasibha alluċinazzjoni. Ra mara li kienet imqadda bix-xemx u li kellha ġisimha għeri, ħlief għall-fatt li xagħarha kien kiber sa riġlejha u kien jgħattilha ġisimha kollu. Meta pprova jersaq lejha hi ma ħallitux ikellimha sakemm waddbilha l-mantar tiegħu biex tinsatar. Żosimo ra li din il-mara kienet maqtugħa mill-art fil-kontemplazzjoni. Għall-ewwel ħaseb li kienet xi dehra tax-xitan, imma l-mara sejħitlu b’ismu u meta resaq qrib tagħha bdiet tirrakkontalu ħajjitha. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110826 |
| Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 210 : Ottubru-Dicembru : 2020 Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 210 : Ottubru-Dicembru : 2020 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Santa_Marija_l_eġizzjana.pdf | 245.52 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
