Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/111425
Title: Katekeżi fuq San Ġwann Battista (4) : ir-rwol ta’ Ġwanni l-Battista, bħala xhud ta’ Ġesù
Authors: Ghirlando, Marcello
Keywords: John, the Baptist, Saint
Bible. New Testament -- Biography
Bible. Luke -- Criticism, interpretation, etc.
Issue Date: 2022
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Ghirlando, M. (2022). Katekeżi fuq San Ġwann Battista (4) : ir-rwol ta’ Ġwanni l-Battista, bħala xhud ta’ Ġesù. Lehen l-Art Imqaddsa, 43(216), 26-33.
Abstract: Fit-tielet kapitlu tal-Vanġelu ta’ San Ġwann (3:22-30) hekk naqraw: Wara dan, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f ’Għajnun, qrib Salim, għax f ’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs. Mela d-dixxipli ta’ Ġwanni tlewwmu ma’ wieħed Lhudi fuq ir-rit tal-purifikazzjoni, u ġew għand Ġwanni jgħidulu: “Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih. Issa, ara, hu qiegħed jgħammed, u kulħadd sejjer għandu.” Ġwanni weġibhom: “Ħadd ma jista’ jirċievi xi ħaġa jekk ma tingħatalux mis-sema. Intom stess tistgħu tixhdu li jiena għedtilkom li ‘jien m’iniex il-Messija,’ imma biss li ‘jien kont mibgħut qablu.’ Dak li għandu l-għarusa huwa l-għarus; imma l-ħabib ta’ l-għarus, li jkun ħdejh u jisimgħu, jifraħ ħafna meta jisma’ leħen l-għarus. U dan hu l-ferħ li bih qalbi mtliet. Jenħtieġ jikber hu u niċkien jiena.”
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/111425
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 216 : April-Gunju : 2022
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 216 : April-Gunju : 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Katekeżi_fuq_San_Ġwann_Battista.pdf531.32 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.