Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119193
Title: Mill-Arkivji : Programme 16 : Samuel Azzopardi
Authors: D'Anastas, Noel
Azzopardi, Samuel
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Azzopardi, Samuel
National Archives of Malta (Rabat, Malta)
Catholic Church. Archdiocese of Malta. Diocesan Archives
Knights of Malta -- History -- Sources
Order of St John -- History -- Sources
Consolato del Mare
Administrative courts -- Malta -- History
Issue Date: 2023-01-22
Citation: D'Anastas, N. & Azzopardi, S. (2023, January 22). Mill-Arkivji : Programme 16 : Samuel Azzopardi [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-22 ta’ Jannar 2023, is-Sur Samuel Azzopardi, kollega tal-istess preżentatur, ikellimna fuq il-lingwa Latina fid-dokumenti u l-Liġi Rumana. Kif din ukoll hija evidenti fid-dokumentazzjoni taż-żmien l-Ordni ta’ San Ġwann u wara? Se jġib il-memorji ta’ meta kien qed jistudja fi Skozja u t-teżi tiegħu fuq poeżija Biżantina b’relazzjoni ma’ Malta. Ħa nitkellmu fuq iż-żmien li ħadem fl-Arkivju Djoċesan tal-Kurja. X’inhuma l-Patrimonia Sacra, Bastardella Actorum Civilium u Stati Liberi? Waħda mil-ħidmiet tiegħu kien fuq il-Brevia et Constitutiones Apostolicae - Acta et Epistula Episcoparum, kollezzjoni ta’ Ittri Papali mibgħuta lill-Awtoritajiet Ekklesjastiċi, kif ukoll Atti u Ittri tal-Isqfijiet ta’ Malta mill-1541 sal-1888. Dwar l-impenn tiegħu fl-Arkivji Nazzjonali se jagħti deskrizzjoni ta’ wħud mill-fondi arkivistiċi f’dawk li huma Tribunali u Qrati taż-żmien l-Ordni. X’inhuma t-testimonjali tal-Consolato del Mare, it-tribunal marittimu li fih hemm deskrizzjoni tax-xwieni u l-merkanzija flimkien ma’ listi ta’ kaptani u ekwipaġġ. Fejn kienet qed isir il-kummerċ? Biex inhuma miktuba dawn id-dokumenti? Min fejn kienu l-kaptani u s-sidien ta’ dawn il-bastimenti? Samuel jitkellem ukoll fuq it-Tribunal tal-Armamenti, il-kursara u l-bejgħ tal-iskjavi. Qrati u Tribunali oħra diskussi fil-programm huma l-Appellationes coram Probo Viro, l-Officium Bullae Sanctissimae Crociatae, is-Sacra Audentia u t-Tribunal Tribunal Fabricae Sancti Petri de Urbe. X’dokumentazzjoni wieħed isib fihom u kif jappellaw għar-riċerkaturi? Samuel Azzopardi għandu għal qalbu l-istudji klassiċi b’mod partikolari l-lingwa Latina. Għadu żgħażugħ, jipprometti ħafna f’dan il-qasam u rridu nisimgħu aktar dwaru. Huwa wkoll l-għan ta’ dan il-programm li jistimula u jippromovi element żagħżugh fil-qasam arkivistiku u dak ta’ riċerka. Għandu baccelerat fl-istudji klassici mill-Università ta’ Malta. Kompla jistudja barra fejn kiseb maġisteru mill-Universita ta’ Edinburgh fl-istudji tal-perjodu antik tardiv, Islamiku bikri, u Biżantin. Huwa għalliem tal-Latin u attwalment hu l-President tal-Malta Classics Assosiation. Bħalissa jaħdem bħala Paleografu fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119193
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 16 Samuel Azzopardi edited 22 JANUARY 2023.mp3112.92 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.