Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119206
Title: Mill-Arkivji : Programme 18 : Raymond Saliba
Authors: D'Anastas, Noel
Saliba, Raymond
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Saliba, Raymond
Mdina Metropolitan Cathedral Museum (Mdina, Malta)
Mdina Metropolitan Archives (Mdina, Malta)
Żebbuġ (Malta) -- History -- Sources
Parish of St. Philip of Agira (Żebbuġ, Malta) -- Archives
Collectors and collecting -- Malta
Malta -- Religious life and customs -- History
Issue Date: 2023-02-05
Citation: D'Anastas, N. & Saliba, R. (2023, February 05). Mill-Arkivji : Programme 18 : Raymond Saliba [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-lum 5 ta’ Frar 2023 se niltaqgħu ma’ Raymond Saliba li sa ftit tax-xhur ilu kien jippreżenta l-programm ‘Il-Kollezzjonist’ fuq wieħed mill-istazzjonijiet televiżivi lokali. Raymond Saliba huwa assistent kuratur fil-Mużew tal-Kattidral fl-Imdina fejn ilu jaħdem hemm 30 sena. Kellu l-opportunità li jirriċerka fl-Arkivju tal-Kattidral. Għal xi żmien ħadem ukoll fil-Mużew ta’ Sant Agata fir-Rabat u l-arkivju tiegħu. X’dokumenti kien qed jara fl-Arkivju tal-Kattidral? X’importanza għandhom il-Visti Pastorali u l-Inventarji? Raymond kien ukoll voluntier fl-arkivju tal-parroċċa f’Ħaż-Żebbuġ. Ħa jsemmi l-importanza tad-dokumentazzjoni li jixħtu dawl fuq l-istorja tal-fratellanzi fir-raħal? Isemmi wkoll dokumentazzjoni tas-sehem tal-ewwel baned fil-lokalità. Għandu kollezzjoni kbira ta’ santi li dawn stess jiddokumentaw xi ġrajja jew memorja. Kemm għandu santi u x’tip ta’ santi? X’valur għandhom għall-istorja u l-lingwa Maltija? Isemmi kif Dun Karm Psaila kien kiteb poeżija fuq santa f’għeluq il-25 sena mill-ordinazzjoni ta’ Dun Ġużepp Vella. Għażiża wkoll santa marbuta ma’ Dun Mauro Caruana. Huwa kollezzjonist kbir tal-programmi u l-annwali tal-festa li fihom insibu bosta artikli interessanti wħud minhom riċerkati. Raymond Saliba kiteb diversi artikli u papers f’rivisti u kotba l-aktar fuq il-kultura popolari u l-arti sagra f’Malta. Kif nibtet l-imħabba lejn il-festa? X’kiteb dar il-logħob tan-nar? Kemm ilu jirriċerka l-arti fil-knejjes u l-kappelli?
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119206
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 18 Raymond Saliba edited 5 FEBRUARY 2023.mp393.03 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.