Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119410| Title: | Mill-Arkivji : Programme 21 : Vince Peresso |
| Authors: | D'Anastas, Noel Peresso, Vince |
| Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Peresso, Vincent, 1948- Plague, Malta, 1813-1814 Plague -- Malta -- History -- 19th century Valletta (Malta) -- History -- 19th century Public health -- Malta -- History -- 19th century Malta -- History -- British occupation, 1800-1964 National Archives of Malta. Notarial Registers Archive Plague -- Religious aspects -- Catholic Church |
| Issue Date: | 2023-02-26 |
| Citation: | D'Anastas, N. & Peresso, V. (2023, February 26). Mill-Arkivji : Programme 21 : Vince Peresso [Radio broadcast]. NET FM |
| Abstract: | Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tas-26 t’ Frar 2022 se niltaqgħu mas-Sur Vincent Peresso li se jkellimna dwar il-pesta tal-1813. Ħa jgħid x’wassal biex jibda jirriċerka f’diversi arkivji fuq din il-pandemija li qatlet 5% tal-popolazzjoni Maltija. Il-pesta kienet damet minn Marzu tal-1813 sa Jannar tas-sena ta’ wara. Għawdex tibqa’ sa’ Mejju tal-1814. Peresso ħa jgħid kif il-pesta waslet Malta, min kienu l-ewwel vittmi u kif tkompliet xterdet mal-irħula Maltin u wkoll f’Għawdex. X’kien jismu dak il-bastiment li daħħal il-pesta? Min kien Antonio Maria Mescara u Salvatore Borg ta’ Triq San Pawl il-Belt? Liema kienu l-aktar toroq infettati fil-Belt? Huwa jagħmel referenza għal dak li kienet qalet il-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Ġunju 1813 u kif kienu qed jintervjenew l-Awtorità tas-Saħħa. Kif kompliet il-ħajja soċjali tul dawk ix-xhur? X’għamel Sir Hildebrand Oakes, il-Kummissarju Ċivili biex jikkontrolla din il-pandemija milli tkompli tinxtered? Peresso jgħid ukoll fejn kienu l-postijiet ta’ iżolament, l-isptarijiet u d-dfin. Għala l-knisja tax-Xagħra damet aktar biex inbniet? Angelo Galea min kien? Peresso jsemmi xi kuntratti li saru li jinsabu arkivjati fl-Arkivju Notarili, ukoll att miktub fuq l-injam. Jissemmew is-superstizzjonijiet, l-ex-voti u l-istatwi ta’ San Sebastjan u Santu Rokku. |
| Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119410 |
| Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Mill-Arkivji 21 Vincent Peresso edited 26 FEBRUARY 2023.mp3 | 97.69 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
