Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119580
Title: Mill-Arkivji : Programme 31 : Rachel Grillo
Authors: D'Anastas, Noel
Grillo, Rachel
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Grillo, Rachel
Vittoriosa (Malta) -- History
Siege, 1565
Vittoriosa (Malta) -- History -- Knights of Malta, 1530-1798
Notarial Archives (Valletta, Malta)
Magna Curia Castellaniae -- Archives
Church records and registers -- Malta -- History
Issue Date: 2023-05-14
Citation: D'Anastas, N. & Grillo, R. (2023, May 14). Mill-Arkivji : Programme 31 : Rachel Grillo [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Rachel Grillo hija l-mistiedna fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-14 ta’ Mejju 2023. Rachel tipprometti ħafna fir-riċerka u l-istudji tagħha fl-istorja ta’ pajjiżna. Hija għadha kemm temmet b’suċċess l-istudju tal-magisteru tagħha fl-istorja b’teżi interessanti fuq l-Isla, Bormla u l-Birgu fl-ewwel mitt sena tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta. Għandha baċċelerat mill-Università ta’ Malta fl-istorja u bħalissa taħdem fi ħdan Heritage Malta, tirriċerka għall-proġetti ta’ wirjiet li hemm imfassla fil-ġimgħat u xhur li ġejjin. Rachel ħa tkellimna fuq l-ewwel studju komprensiv tagħha, propju fuq il-Birgu qabel l-Assedju l-Kbir f’dak li tniżżel fl-atti tan-nutar Vincenzo Bonaventura de Bonetis. Kif kien il-Birgu bħala s-sede amministrattiv tal-Ordni qabel il-bini tal-Belt Valletta? Għala għażlet li tistudja minn fuq l-atti tan-nutar De Bonetis fl-Arkivju Notarili? Ir-riċerka għat-teżi tal-maġisteru għamlitha meta l-arkivji kienu magħluqin minħabba l-pandemija tal-Covid. Tgħid li r-riċerka maġġuri tagħha kienet minn fuq id-dokumenti tal-Magna Curia Castellania li jinsabu fl-Arkivji Nazzjonali, iżda li huma diġitizzati ħajr għall-Hill Museum and Manuscript Library (HMML) ta’ Minnesota. Xi problemi sabet? Xi progress kien hemm fl-Isla, Bormla u l-Birgu wara li ġew il-Kavallieri, speċjalment wara l-bini tal-Belt Valletta? Kif kienet il-mentalità tal-poplu f’dak iż-żmien f’kultura kosmopolitana? Rachel Grillo tiffoka r-riċerka fuq is-suq u l-kummerċ; l-Università f’dik li hija amministrazzjoni, u l-kriminalità fost oqsma oħra. Min kienet Angelica Cordina? Tgħid ukoll li fost sorsi oħra fir-riċerka tagħha kien hemm il-Visti Pastorali, ir-Reġistri tal-magħmudiji, żwiġijiet u mwiet, u anke dawk magħrufa bħala status animarum.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119580
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 31 Rachel Grillo edited 14 MAY 2023.mp381.14 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.